Il-Malta Today tibla’ kliemha dwar il-Conspiracy theories tiegħi!

Tiftakru kemm għajritni l-Malta Today għaliex kont qed nagħti spazju lill-persuni li huma xettiċi fuq il-Covid19. Għajritni li jien conspiracy theorist u ma nafx kemm il-aġġettiv wża l-editur Matthew Vella kontra tiegħi, waqt li sieħbu Saviour Balzan għajjarni merċenarju. Ara issa xi ġralhom? Spiċċaw jiblgħu kliemhom. Kellhom iġibu informazzjoni li t-titqiba tal-Astrazenica ħallit effetti negattivi fuq in-nies. Mela issa mhux jien biss nallarma lin-nies!

Dak li dejjem interessa lili huwa li nagħti spazju lin-nies. Meta tajt spazju lil Marica Micallef u oħrajn ġejt attakkat personalment. Jien tajt spazju lil nies li ġejjin minn kull kamp politiku. Kien hemm min qal li dawn il-blogs huma politikament motivati. Mela ħalluni nispjega ftit.

Marica Micallef ma tiktibx għaliex politikament motivata. Kburi li għentha ssalva lill-missierha. Biss għal dawk li kienu jikkritikawha u għajruha li hija qedha tikteb kontra l-gvern, nixtieq ngħidilhom li missierha huwa l-canvasser ta’ Robert Abela fuq Ħal Qormi. Qed ngħid dan id-dettal għaliex qalitu hija stess fil-programm tiegħi Simon Mercieca Jiddiskuti. Mela ma kienx hemm intenzjoni żgur li tikkritika politikament lill-gvern iżda, bħala ċittadina, Marica Micallef ħasset li kellha semma leħinha u ser tibqa’ issemmu u jien ser nibqa’ nagħtiha spazju fuq dan il-blog.

Ġibt ukoll lil Dr. Rudolfo Ragonesi. Missieru huwa Victor Ragonesi, l-ex-segretarju tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Ġorġ Borg Olivier. Hu ħa pożizzjoni kontra dak li qed jgħid Bernard Grech dwar il-Covid19. Ħa pożizzjoni bħal ta’ Marica Micallef. Żgur li ma għamlix hekk għal xi raġuni politika. Għamel dan għax għandu sens ċiviku. Infatti, grazzi għal Rudolfo Ragonesi ser ikolli fil-futur qarib lil Dr Montanari fuq il-programm tiegħi ta’ kull nhar ta’ erbgħa fil-8.30 pm. Montari huwa awtorita’ dinija f’dan is-suġġett.

Fuq kollox il-Prim Ministru stess kellu jammetti u semma dan il-każ ta’ missier Marica Micallef f’wieħed mid-diskorsi politiċi tiegħu. Mhux ser nidħol fih. Min irid jara l-programm fuq Youtube. Biss qed ngħid dan biex inneħħi kull perċezzjoni li hawn xi aġenda politika f’dan ir-rigward min-naħa tiegħi. L-agenda għandhom il-mainstream media li xebgħu jieħdu flus biex imexxu propaganda internazzjonali li ġennet lin-nies.

Dak li nista’ ngħid li Marica Micallef kienet kritika u għax kritika salvat lill-missierha wara li ċertu tobba kienu qaluha li ma hemmx tama għalih. Kien hemm tobba oħrajn li emmnu li hemm tama u għejnuha. Marica Micallef semmiet dawn it-tobba fil-programm tiegħi. Kien hemm xjenzat minn barra l-isptar li għenuha wkoll.

Qed inġib din l-istorja biex nuri kemm il-mainstream media qed tmexxi aġendi li mhux bilfors fl-interess tal-poplu Malti! Imbagħad ikollha tibla’ kliemha.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *