The Times ma tirrapporta xejn dwar dak li Pierre Portelli qal fuqha fl-Inkjesta

Blogpost minn osservatur politiku

Segwejt ix-xhieda ta’ Adrian Delia u Pierre Portelli quddiem l-inkjesta publika li suppost xogħolha hu li tistabbilixxi jekk l-Istat setax ipprevena l-qtil faħxi tas-sinjura Caruana Galizia. Kien hemm diversi ġurnalisti preżenti fl-awla biex jirrapportaw din ix-xhieda.

L-iskantament tiegħi u ta’ min segwa din ix-xhieda huwa kif dawn il-ġurnalisti kollha ħarġu b’verżjoni differenti ta’ ċertu fatti. Kultant niskanta bil-livel medjokri ta’ ġurnaliżmu li twikkejna bih f’pajjizna. Izda, iżjed importanti hu l-fatt li reġa ħareġ ċar bl-iżjed mod lampanti kif din l-inkjesta għaddejja bla riedni. Għandu raġun il-Prim Ministru Robert Abela jinsisti li t-termini tal-inkjesta għandhom jiġu rispettati. Biss dawk li qed jagħmlu l-inkjesta qed juri li jistgħu jagħmlu li ried. Anki kissru l-kelma tal-Prim Ministru u baqgħu għaddejjin biha.

Ir-riżultat x’inu? Minflok, għandna inkjesta li qiegħda hemm biex isservi biss il-kurżita tal-klikka Republika u sħab Manuel Delia. Għalxix qed ngħid dan? Qrajt x’kellu xi jgħid l-ex-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u staqsejt lili nnifsi jekk dan kienx imsejjaħ biex jixhed jew biex jgħaddi ġuri. Mistoqsija wara l-oħra rrilevanti għall-fini tal-inkjesta iżda jservu biss biex jagħtu nformazzjoni lill-media taparsi indipendenti.

Dawn il-mistoqsijiet waslu biss biex il-media taparsi indipendenti tagħmel headlines li jkomplu joskuraw lil Dr. Delia. Per eżempju, x’għandhom x’jaqsmu c-chats ma’ Yorgen Fenech, li seħħew sentejn wara l-qtil brutali tas-sinjura Caruana Galizia, ma’ din l-inkjesta? X’għandhom x’jaqsmu d-donazzjonijiet li kien jiġbor il-PN ma’ din l-inkjesta? Wara Dr. Delia issejjaħ jixhed Pierre Portelli li kien il-kap tal-media tal-PN. Portelli dam sew jixhed u jidher li kompla bil-bibien magħluqa, iżda minn dak li qrajt fuq il-websites differenti indunajt u kkonfermajt l-agenda moħbija ta’ ċertu gazzetti li jiftaħru li huma paladini tas-saltna tad-dritt.

Per eżempju gazzetta minnhom irrapportat fid-dettal dak li qal Portelli fuq Keith Schembri. Portelli jidher li ġibed paralleli bejn l-attakk minn Kastilja fuq is-sinjura Caruana Galizia u l-attakk fuq il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kkordinat mat-Times of Malta. Iżda meta tmur tfittex fir-rappurtaġġ tat-Times, din is-silta mix-xhieda ta’ Portelli ma ssibhiex. Jidher li Portelli fakkar kif dak iż-żmien tat-Times kienu jogħxew iġibu ritratti tax-xarabanks tal-Arriva weqfin fit-toroq Maltin. Qal li llum nafu li Hillman, li kien imexxi t-Times, u Schembri kienu f’negozju sigriet flimkien. Imma fir-rapport tat-Times dan il-kliem ma ssibux.

Interessanti wkoll kien il-kliem ta’ Portelli meta ddeskriva dak li kienu jagħmlu tal-klikka qaddisa biex itelfu lil Dr. Delia meta kien Kap. Qrajt li Portelli esebixxa 130 storja li ġew leaked minn din il-klikka f’temp ta’ 3 snin. 130 leak mhux cajta! Jiġifieri lil Portelli il-gazzetti qed jakkużawh li għadda storja jew tnejn kontra l-klikka iżda lanqas jistħu li kienu huma li ppublikaw 130 storja leaked mill-klikka kontra Delia!

Kemm għandu raġun l-Imħallef Said Pullicino meta qal li l-media, n-negozju u l-politiċi huma qrib xulxin wisq!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *