Talba biex id-DOI jippubblika l-literature tat-titqiba li qed jagħti lill-poplu Malti
Mela il-bieraħ t’lura tellgħajt artklu fejn tkellimt dwar il-bżonn li wieħed ikun jaf x’fiha t-titqiba ta’ kontra l-Covid19. Dan kien artiklu li nbagħat lili minn infermiera. Il-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa huma fid-dmir li jgħidu eżatt x’fiha din it-titqiba. Xi ħadd ieħor ħa l-okkazzjoni biex jgħidli li ġewwa l-Ingilterra, il-gvern ħareġ b’mod uffiċjali kif inhi komposta din it-titqiba u qed nittellgħha.

Biss l-argument hawn mhux x’fiha jew x’ma fihiex it-titqiba. L-anqas jekk persuna għandha teħodha jew ma teħodhiex. F’dan il-kuntest reġgħet kitbitli in-nurse li bagħtitli l-artiklu u qaltli hekk:
“In-nies qed jifhmu ħażin jew ma jridux jifhmu. Dak kollu li qed nitlob huwa l-pubblikazzjoni tal-karta li jkun hemm mat-titqiba. Fuq kollox, meta wieħed imur jixtri mediċina, tkun xi tkun, jingħata din il-karta li jkollha l-instructions u kif inhi magħmula. Għaliex il-Gvern, permezz tat-DOI ma ppubblikahiex? X’hemm ħażin li tkun ippubblikata? Naf li hemm min ma jimpurtahx u jimxi skont kif jisma’. Biss hemm oħrajn bħali li għandhom kull dritt għal din l-informazzjoni. Dan hu dak kollu li qed nitlob. Imbagħad kulħadd jagħmel dak li jħoss li hu tajjeb għalih.”
Dak li qed titlob din l-infermiera hija li f’Malta jiġri bħal ma ġara fir-Renju Unit u b’mod uffiċjali l-Gvern jew l-awtoritajiet tas-saħħa jagħmlu l-istess. Imbagħad kulħadd fil-liberta’ tiegħu x’għamel u x’ma jagħmilx.
Kif għidt aktar ‘il fuq, il-Gvern fir-Renju Unit ippubblika din l-informazzjoni dwar x’fiha t-titqiba. Dak li qed titlob din l-infermiera professjonali li f’Malta jiġri l-istess.
All you need to do is to ask Profs Gauci for the information.
I am sure that she would peovide the available information