Issa anki fl-inkjesta tal-tliet imħallfin jissemmgħu l-chats li hemm divjit tal-qorti fuqhom u qiesu xejn mhu xejn.

Id-difiża ta’ Yorgen Fenech kitbet lit-tliet imħallfin li qed jagħmlu l-inkjesta biex tiġbed l-attenzjoni għall-mistoqsijiet li Therese Comodini Cachia għamlet lil Marvin Gaerty. F’dawn il-mistoqsijiet, Comodini Cachia rreferit għall-WhatsApp messages ta’ Yorgen Fenech li f’wieħed minnhom, Fenech irrefera għal Daphne Caruana Galizia bħala s-saħħara. Jien mhux ser nidħol fuq s-semantika tal-kelma saħħara, biss dak li jinteressanti hawn huma tliet fatti.

L-ewwel jidher ċar li l-liġi mhix għal kulħadd l-istess. Infakkar li il-maġistrata Rachel Montebello għamlet divjit fuq il-pubblikazzjoni tal-WhatsApp messages. Dawn l-imħallfin jafu tajjeb b’dan il-fatt tant li meta f’seduta oħra, Therese Comodini Cachia, ppruvat tippreżenta dawn il-WhatsApp messages, l-imħallfin talbu li s-smigħ dwarhom isir bil-magħluq għaliex hemm dan id-divjit tal-qorti. Mela għala ppremettew lil Gaerty jkun mistoqsi dwar chat messages li hemm divjit fuqhom li jkunu mxandra fil-pubbliku? Hawn qed nitkellmu dwar inkjesta ippreseduta minn żewġ imħallfin li huma irtirati. Wieħed minnhom kien prim imħallef u hemm imħallfa oħra li għadha sservi fil-qrati tagħna.

Dan iwassalni għat-tieni punti. Jien ġejt akkużat fil-falz minn Jason Caruana Galizia u l-avukat ġenerali Philip Galea Farrugia li rripproduċejt dawn il-messaġġi, li mhux veru, malajr marret il-Maġistrata Racbel Montebello qegħditni taħt disprezz tal-qorti. Sewwa jgħidu li f’dan il-pajjiż, il-ġustizzja mhux għal kulħadd l-istess.

Imbagħad hemm it-tielet punt. Għaliex saret din il-mistoqsija? Biex il-kummissarju tat-taxxa jkun impinġi f’dell ħażin u jkun iġġustifika l-agħir żballjat tal-pulizija li qegħdu lil dan il-funzjonarju għoli tal-istat taħt arrest biex il-media ħabiba tal-familja Caruana Galizia tagħmel festa kbira?

Jekk hemm kritika x’isir kontra Marvin Gaerty hija din. Skont xhieda li ta l-istess Gaerty, hu għen lil Daphne Caruana Galizia biex issolvi l-problemi tat-taxxa tagħha. Kienet numru ta’ snin b’lura. Ma nafx kemm dan id-dipartment ikun ħanin ma dawk in-nies li kienu numru ta’ snin lura fit-taxxa ?

Għalhekk nistaqsi, jista’ xi ħadd jgħidli għala r-return tat-taxxa ta’ Daphne Caruana Galizia ħadd ma jrid jinvestigawhom, la nġabu fil-kawża ċivili li qed issir għad-danni u wisq inqas ma ntalbux għal din l-inkjesta?

Nixtieq nistaqsi jekk hemmx diskrepanzi bejn dak li ddikkjara r-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia fil-qorti bħala qliegħ tad-defunta u dak din kienet iddikjara li kienet iddaħħal bħala taxxa?

Għax jekk iwa, dan hu dak li missa l-pulizija investigat mela jekk Yorgen Fenech qalx lid-Direttur tat-Taxxi Interni jekk Daphne Caruana hix saħħara jew le. Jekk hemm nisprekanzi kbar, min qalha li hi saħħara kien ħanin magħha!

Għalhekk nistaqsi. Jaqaw ir-return tat-taxxa ta’  Daphne caruana Galizia jintnu aktar mid-dranaġġ li kien jintrama f’Wied Għammieq? 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *