Il-Maġistrata Lia tirrikuża ruħha imma tagħti ħasla bil-pulit lis-Supretendent Keith Arnaud u l-avukat ġenerali.

Mela fil-24 ta’ Frar 2021, George Degiorgio, Robert Agius, Adrian Agius u Jamie Vella tressqu l-qorti akkużati bil-qtil tal-avukat Carmel Chircop. L-għada r-reġistratur tal-qorti, fil-prezenza tal-Prim Imħallef tella’ bil-polza min ser ikun l-maġistrat jew maġistrata li dawn l-imputati ser jidhru quddiemu. Tela’ l-isem tal-Maġistrata Marseanne Farrugia. Biss l-Maġistrata Farrugia astejniet minħabba li kienet mexxiet l-inkjesta fuq il-qtil tal-avukat Dr. Carmel Chircop.

B’hekk fit-3 ta’ Marzu 2021, ir-Reġistratur tal-Qrati  fil-preżenza tal-Prim Imħallef tella’ isem ieħor u tela’ l-isem ta’ Dr, Nadine Lia. Ġara li fl-ewwel smigħ, l-avukat tal-parti ċivili, Jason Azzopardi, talab lill-maġistrata Lia biex tirrikuża ruħha, jiġifieri ma tibqax tisma’ l-kawża. Biss ġara fatt stramb ħafna. It-talba ta’ l-avukat Azzopardi sabet is-support tas-Supretendent Keith Arnaud u l-avukat ġenerali tar-Repubblika li qed jidher f’din il-kawża Dr. George Camilleri. Biss b’intelligenza kbira l-maġistrata tindirizzah aktar bħala l-avukat ġenerali milli b’ismu. Mhux ta’ subgħajha f’ħalqha l-maġistrata!

Anki jekk dan ma jintqalx, il-vera raġuni għala Jason Azzoaprdi ma jridx lill-maġistrata Lia f’din il-kawża ġej mill-fatt li hija pparentata mal-avukat Pawlu Lia li hu l-avukat tal-ex-Prim Ministru Joseph Muscat.

Jason Azzopardi ġab l-argument li l-maġistrata Lia kienet ntgħażlet biex tmexxi l-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Biss il-familja ta’ Caruana Galizia kienet oġġezzjonat għall-magistrata Lia. Dak li ma qalx l-avukat Azzopardi kien li dak in-nhar, Keith Arnaud u l-avukat ġenerali ma kienux oġġezzjonaw għaliha. Mela għaliex issa sabu oġġezzjonaw?

Fil-każ tal-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, il-maġistrata Lia kienet aċċetat li ma tibqax għaliex f’dak il-każ kien hemm parentela biż-żwieġ ma’ avukat li kien qed jidher f’dik il-kawża. Din id-darba ma kien hemm l-ebda parentela.

Kif għidt qabel, dak li ġara ġdid din id-darba hu fil-fatt li t-talba ta’ Jason Azzopardi sabet is-support tal-uffiċju tal-avukat ġenerali. Verament li l-avukat inbidel minn dak in-nhar, biss l-avukat li qed jidher issa, Dr. George Camilleri jiġi fil-grad taħt l-avukat li kien hemm qabel, u li normalment jidher fil-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech jiġifieri Philip Galea Farrugia.

Biss id-daħqa qegħda hawn. Azzopardi u Camilleri qalu li huma ma għandhom l-ebda dubju fl-integrita personali u l-imparzjalita tal-maġistrata Lia meta talbu għar-rikuża tagħha. Mela għala għamlu din it-talba? Għaliex mil-listi ta’ raġunijiet li tat il-maġistrata Lia li normalment għandha tintalab rekuża ta’ maġistat, l-ebda waħda ma tidħol f’din it-talba li għamlu Azzopardi, Arnaud u l-avukat ġenerali, għal xix ma għandhiex tisma dan il-każ?     

Biss id-daħqa qegħda hawn. Il-maġistrata Lia stess fakkrek lill-avukat ġenerali li meta kienet saret it-talba biex hija tirrekuza ruħha milli nisma’ l-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, l-uffiċju tal-avukat ġenerali ma kienx għamel talba jew ingħaqad mal-parte ċivili f’din it-talba. Mela l-mistoqsijia tiġi waħidha. Għaliex issa qed jagħmel din it-talba?

Fuq kollox, il-maġistrata Lia tfakkar ukoll lil Keith Arnaud li dak inhar, l-anqas hu, bħala l-persuna li kien u għadu jmexxi l-prosekuzzjoni kontra Yorgen Fenech, ma kienx talab għar-rekuża tagħha. Il-mistoqsija tiġi waħidha. Għaliex issa qed jitlob għar-rekuza tal-maġistrata l-ispettur Arnaud? Fatti bħal dawn inaqqsu l-fiduċja tal-poplu Malti fil-puliżija u juri li ma huma xejn imparzjali fl-operat tagħhom.

Biss biex turi li ma għandha l-ebda interess, il-maġistrata Lia xorta astjenit milli tisma’ din il-kawża biex b’hekk tneħħi kull dubju li jista’ jkun hemm li hija għandha xi tip ta’ ‘bias’. Il-kelma ‘bias’ wżata l-maġistrata u mhux jiena. Biss b’dak li ġara u b’dan id-digriet, intilfet kull serenita’ fil-qorti għaliex issa ser nispiċċaw li maġistrata jew maġistrat ikun tajjeb biss jekk jogħġob l-interessi ta’ klikka perikoluża li ġiet iffurmata ġewwa pajjiżna.

Dak li nista’ nżid li issa telgħet il-maġistrata Caroline Farrugia Frendo biex tisma dan il-każ. Hija tiġi t-tifla tal-ispeaker. Ibqgħu żguri li Jason Azzopardi ser jopponi għaliex hija t-tifla tal-ispeaker. Interessanti naraw jekk Arnaud u l-avukat ġenerali jingħaqdux miegħu din id-darba fit-talba tiegħu biex Farrugia Frendo tirrikuża ruħha.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *