Għaliex mhux qed jgħidulna bis-“side effects” tat-titqiba kontra l-Covid19?

Blogpost minn infermiera professjonali

Bħal kull injection oħra, dik ta’ kontra l-Covid19 għandha s-“side effects” tagħha. Normalment meta toħroġ mediċina ġdida u anki tixtri waħda mill-farmaċija, jkollha l-instruction u anki s-side effects tagħha. Dan jgħodd ukoll tat-tilqim. Fil-każ ta’ din it-titqiba x’inhuma s-“side effects” tagħha? Aħna qed indaħħlu kimika f’ġisimha u għalhekk għandna d-dritt li nkunu nafu x’effett ser ikollha din it-titqiba fuq ġisimna.

Ma nafx kif ħadd ma hu qed jitkellem fuq dan il-fatt. Fuq kollox kif ħadd ma waqgħatlu f’moħħu li hemm konnessjoni bejn it-titqiba u l-ħafna każijiet pożittivi li qed ikollna.  Infakkar li meta tingħata t-tilqima ta’ kontra l-influwenza, din normalment iżżid fl-ewwel jiem id-diffużjoni tal-istess influwenza. Dan hu fatt ippruvat.

Għalhekk meta wieħed jieħu t-titqiba għandu jibqa’ iżolat. Normalment, it-titqiba tikkonsisti filli wieħed jingħata dan il-mikrobu b’mod ħafif ħalli l-ġisem jidrah u jibni l-immune system tiegħu kontra tiegħu. Biss sakemm dan is-seħħ, il-persuna tkun “carrier” u dan jista’ jwassal biex tiżdied id-diffużjoni tal-mikrobu. Din hija raġuni, fl-opinjoni tiegħi, għala wara li tingħata l-injection tal-influwenza jiżdiedu l-każijiet tagħha. Nistaqsi jekk hawn hux qed jiġri l-istess?  

Tant kemm dan hu minnu li kien hemm tabiba l-Italja li avżat lill-pazjenti tagħha biex ma jmorrux fl-klinika tagħha qabel tliet ġimgħat jekk ikunu ħadu l-vaċċin. Jien stess kont ġo spiżerija l-ġimgħa l-oħra u smajt b’widnejja l-ispiżjara tgħid dan il-kliem lil żewġ anzjani li kienu hemm ‘ma nafx kif qed inħossni’. Jumejn qabel, din l-ispiżjara kienet ħadet it-titqiba. Issa din kienet qed isservi ġo spizerija. Min jaf, kemm hawn aktar bħalha qed jiġru mas-saqajn.

U oħra. Kif fid-dinja kollha qed nisimgħu li l-vaċċin qed jolqot lin-nies ħażin u f’Malta xejn. Possibli li ma effettwa ħażin lil ħadd dan il-vaċċin? Biss kien hemm min intlaqtat ħażin f’Malta. Jien smajt każijiet fejn nies ma ħassuhomx tajjeb wara li ħadu l-vaċċin. Għaliex il-media ma titkellimx fuq dawn il-każijiet ukoll?

Barra kien hemm anki minn miet. Il-bieraħ kien hemm l-aħbar li l-Awstrija waqqfet it-titqiba tal-AstraZeneca. Malta qed tingħata din it-titqiba. Hawn Malta ma smajna xejn. Fuq kollox kien hemm minn miet xorta bil-virus, anki wara li ħa din it-titqiba. X’inhi s-sitwazzjoni f’Malta?

Forsi dawn il-każijiet ma nsemmgħuhomx biex ma jbezzgħawx lin-nies. Biss il-Prim Ministru ma qagħadx jiddejjaq issemmi l-“body bags” li qal li ġabu fil-bidu tal-pandemija biex jimpressjona lin-nies! Dik l-istqarrija għalija kienet “in very bad taste”. Xi ħadd b’OCD tista’ ġġennu xi ħaġa bħal dik u naf x’qegħda ngħid.

Napprezza ħafna jekk dawn il-ħsieb tiegħi taqsmu mal-qarrejja tiegħek. Bħal dejjem nirringrazzjak minn qalbi għax lilek nikkonsidrak raġel fuq l-irgiel għaliex titkellem l-verita’ akkost ta’ kollox.

Leave a Reply