Where your opinion counts

Jason Azzopardi għamel tliet snin ma jdaħħalx ir-return tat- taxxa u meta daħħalha verosimilment ma kienitx trasparenti

Meta jien ktibt dwar Jason Azzopard, kien hemm x’uħud li qaluli li qed ngħaġġel u qed inħawwad. L-attur Salvu Mallia bagħtni nimsaħ sormi bid-degrees li għandi.

Jason Azzopardi qalilna li hija issue normali u li wieħed idum ma jdaħħal ir-return tat-taxxa meta jkun għaddej minn separazzjoni. Infakkar li Adrian Delia kellu sena waħda biss mhux imħallsa tat-taxxa u talbu r-reżenja tiegħu.

F’dan il-każ għandna każ ta’ tliet snin infila. U dawn it-tliet snin infila huma relatati mal-fatt li Jason Azzopardi għandu kawża l-qorti ta’ separazzjoni li fiha, bħal kull kawża oħra ta’ separazzjoni jrid inkun stabbilit il-kumpens li jrid jagħti lil ex-mara tiegħu. Nistaqsi jekk dan id-dewmien hux relatat ma din il-kawża ħalli ma jkunx stabbilit mill-qorti il-kumpens ġust li l-ex-mara tiegħu trid tieħu bħala parti mis-separazzjoni?

Infakkar li dan hu l-bniedem tar-rule of law. Dan hu l-bniedem li Manuel Delia u l-media tal-isqfijiet jridu jgħadduh tal-ġust u l-qaddis. Dan hu l-bniedem li l-media tal-isqfijiet qed ipinġuh bħala l-bniedem li kull Kattoliku għandu jispira ruħu minnu.

Dak li insiru nafu u hawn qed nikkwota dak li kitbet il-gazzetta KullĦadd, li għamel tliet snin ma daħħal xejn u meta daħħal r-return iqanqal dubji serji ta’ dak li ddikkjara. U dan hu l-avukat tal-familja ta’ Caruana Galizia . Nagħlaq billi nistaqsi lil Salvu Mallia jekk hux normali li wieħed li jridha tal-paladin tar-rule of law jagħmel tliet snin ma jdaħħalx id-dikjarazzjoni tat-taxxa?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *