Gaerty mhux lil Yorgen Fenech biss ipprova jgħin imma anki lil Caruana Galizia
Mela l-bieraħ kellna l-famuża inkesjta mit-tliet imħallfin. Deher quddiem l-imħallfin il-Commissioner for Inland Revenue, Gaerty. U x’niskopru? Li dan Gaerty anki lil Caruana Galizia pprova jgħin fuq il-kwistjoni tat-taxxa li kellha u li kienet spiċċa fl-aħbarijiet tant li jekk niftakar tajjeb kienet marret id-dipartiment u għamlet xenata. Nispera li l-familjari issa jiddikjaraw kemm din il-mara verament kienet tiddikjara f’taxxa.
Mela tajba. Għaliex dan il-bniedem ipprova jgħin lil Yorgen Fenech fuq każ ta’ missieru li kien marid b’kanċer spiċċa fuq police bail.
Issa ser tagħmel il-pulizija u ser tinvestiga lil Gaerty talli pprova jgħin fuq kwistjoni tat-taxxa li kellhom lill-familja Caruana Galizia? Jew f’dan il-każ ser nagħtuh il-medalja għall-qadi tar-repubblika talli għen lill-familja ta’ Caruana Galizia fuq kwistjoni simili li kellhom?
Verament pajjiż tal-mickey mouse jew kulħadd b’xortih f’dan il-pajjiż.
Hawn isfel qed inġib tliet verżjonijiet ta’ kif din l-għajnuna li Gaerty ta lil Caruana Galizia kienet irrappurtata fil-media.


