Tkompli l-kampanja kontra Adrian Delia fil-Partit Nazzjonalista.

Il-bieraħ tellajt l-istorja li kienet tikkonċerna xandira li saret nhar it-Tnejn li għadda fuq NET Live. F’din ix-xandira, Robert Cremona intervista lil Dr Delia dwar l-kawża li għaddejja l-qorti fuq t-tliet sptarijiet u li Dr. Delia qed jipprova jerġa’ jagħtihom lura f’idejn il-Maltin u l-Għawdxin. Kif għidt fl-artiklu tal-bieraħ, din l-istorja kienet tixraqilha ħafna aktar ħin fuq it-television tal-Partit Nazzjonalista

Illum nista’ nżid li xi ħadd fil-Partit Nazzjonalista ddeċieda li r-repitizzjoni tal-intervista ma ssirx l-għada filgħodu. Minflok irrepetew id-diskorsi ta’ paġna ġdida. Hekk hu paġna ġdida qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista għaliex sejjer lura bħal-granċ.

Bla dubju, dawn l-avvenimentu qed juru lill-kulħadd li Dr. Adrian Delia qed jagħtihom fastidju. Dak li nista’ ngħid li b’din id-deċizzjoni, il-Partit Nazzjonalista kompla juri l-ħdura li hemm lejn Adrian Delia, liema ħdura kienet hemm mill-ewwel ġurnata li grupp ta’ nies saru jafu li Dr. Delia kien qed jinteressah is-siġġu ta’ kap u li baqgħet għaddejja tul it-tliet snin tat-tmexxija tiegħu.

B’din id-deċizzjoni wrew li l-għira li ħadmet lill-Partit Nazzjonalista li lanqas qed tħallihom jimmaġinaw il-ħsara li qedha ssir.

Kull azzjoni twassal għal reazzjoni jew reazzjonijiet. Għalhekk b’din id-deċizzjoni pwerili komplew jitfgħu l-melħ fuq il-feriti li għadhom miftuħin. Dan ser jissarraf f’riżultat wieħed biss, li dawn il-feriti ma huma ser jingħalqu qatt.

2 comments

  1. We require a whole programme dedicated to the theft of three maltese and gozitan hospital include Delija and his lawyers to win the case how things had so far reached at court excluding future actions keep at hand secret not to make the government wins advanages against the said case and the people of Malta at detriment to our squanser of our taxes unnecessary that these Stewart are far from going to rearrage ST Lucks hospital give it to us now to furbish it and cancell most of the grated money to a failure progect.

    • Maria C. Xuereb, isma minni.. il-kitba bl-Ingliz mhux hobz ghall-snienek… ghajejt nghodd l-izbalji!

Leave a Reply