Għaliex Chris Cardona iwa u Keith Schembri le?
L-ex-membru tal-parlament, ex-deputat Prim-Ministru Chris Cardona stqarr li hu ma kienx ġie interrogat mill-puluzija taħt arrest. Minħabba f’hekk l-avukat tal-familja Caruana Galizia u anki li kien tal-Għaqda Repubblika, Jason Azzopardi akkuża lil Chris Cardona li gideb mal-ġurnalisti meta qal li mhux veru li l-puluzija interrogawh taħt “caution”. Fil-fatt, Azzopardi kiteb hekk fuq il-facebook wall tiegħu: “Cardona you are a liar. You were interrogated under caution”.
Azzopardi kien irrabjat ħafna għal Cardona li qal lill-ġurnalisti tat-Times of Malta meta dawn saqsewh mistoqsijiet fuq kif saret din l-interrogazzjoni. Hawnhekk bla ma trid tistaqsi mnejn ġab din l-informazzjoni Jason Azzopardi? Jien qed nassumi li din l-informazzjoni hija minnha. Ma hemmx dubju li Azzopardi bħala avukat jaf id-differenza bejn tkun interrogat taħt ‘caution’ jew twissija u le.
Biss hemm aktar minn hekk wara din l-istqarrija. Fi kliem ieħor, għalfejn Jason Azzopardi għamel dan l-attakk feroċi fuq Chris Cardona li saħansitra għajru giddieb? Jekk wieħed jgħid li dan għamlu għaliex għandu l-każ ta’ Daphne għal qalbu, ngħidlu għaliex Azzopardi ma kitibx bl-istess qawwa meta Keith Schembri iddikkjara li hu ma għadux fuq police bail?
Għalhekk nispera li Azzopardi mhux qed itina x’nifhmu li qed jagħmel huwa biss biex jgħatti għal Keith Schembri? B’dak li kiteb Azzopardi bħala attakk qawwi fuq Cardona qisu qed jagħti ħafna kredibilita’ dak li nkiteb minn Keith Schembri f’dik l-ittra famuża li Keith Schembi kiteb u li għadda lil Yorgen Fenech tramite t-tabib Vella.
Bla ma trid tibda tagħmel ċertu paraguni. Mela kif tkellem Cardona ħareġ jattakkah u jgħajru b’kemm għandu saħħa. Imma imbagħad meta Keith Schembri ħareġ jgħid li m’għadux aktar taħt police bail, Azzopardi baqa’ b’ħalqu magħluq. Araw dak in-nhar Jason Azzopardi ma qal ebda kelma dwar dak li qal Keith Schembri. Lanqas indenja ruħu jagħmel xi post fuq dan il-fatt. Wieħed jistaqsi, għaliex fuq wieħed iva u l-ieħor le?