Iċ-“chicken” Jason Azzopardi

Mela fil-parlament, Jason Azzopardi tkellem fuq frame-up li allegatament sar fuq uffiċjal tat-taxxa. F’dan il-frame-up jissemmu persuni bħal kummissarju Gafa u anki l-kap taċ-Ċivil. Mhux ser nikkummenta fuq il-każ għax ma nafux. Biss mbierek Alla, hawn la The Times u l-anqas il-Malta Today, li ġabu din l-istorja, ma akkużaw lil Jason Azzopardi li hu conspiratory theorist għaliex jitkellem fuq frame-up!

Biss dak li dejjaqni f’din l-istorja huwa l-fatt li Jason Azzopardi tkellem fuq dan il-fatt fil-parlament, jiġifieri tkellem bil-privileġġ parlamentari.

Infakkar lil Jason Azzopardi li ġejt infurmat li darba fil-parlament għamel diskors anki kontra tiegħi minħabba l-artikli li kont qed nikteb.

Dak li nista’ ngħid li jien bqajt impressjonat meta fis-snin tmenin, l-ex-Ministru Laburista, Lorry Sant, kien għamel diskors fil-parlament kontra persuna li ma kienetx fil-parlament. Bir-raġun, din il-persuna kienet sfidat lil Lorry Sant biex jirrepeti dak li qal fuqha fil-parlament barra mill-parlament. Lorry Sant qatt ma rrepeta dak li qal fil-Parlament barra mill-parlament. Infakkar li meta deputat jitkellem fil-parlament hu protett mill-privileġġ parlamentari. Jiġifieri li jekk jgħid xi ħaġa li mhux minnha fuq persuna, dik il-persuna ma tistax tfittxu għal malafama.

Illum nisfida lil Dr. Azzopardi jirrepeti dak li qal fil-parlament barra jekk irid ikun kredibbli. Nisfidah ukoll li jekk qal xi diskors fuqi, jerġa’ jgħidu barra mill-parlament.

Jekk le, dak kollu li jien, bħala żagħżugħ iġġilidt għalih fis-snin tmenin, qed narah isir suf mill-istess partit li jiftaħar li hu t-tarka tad-demokrazija. Spiċċajt nara lil dak il-partit li ġġieled kontra dawn il-ħniżrijiet fil-parlament, fejn deputati jistgħu jitkellem kontra persuni fil-parlament għaliex jafu li għandhom il-privileġġ tal-immunita parlamenti qegħdin illum jagħmlu l-istess. U dan id-deputat Nazzjonalista, il-paladin tal-isqfijiet spiċċa juża l-privileġġ parlamentari biex jattakka n-nies. Jekk mhux chicken,  jgħid l-istess kliem li jgħid fil-parlament anki barra mill-parlament.

Leave a Reply