Manuel Delia ma jħossx li protesta tal-massa fi żmien il-Covid19 hija ta’ theddida basta jitkeċċa Adrian Delia

Ftit tax-xhur ilu, Manuel Delia kiteb artiklu biex jgħid li jien ta’ periklu għas-saħħa pubblika għax kont qed nagħti spazju lill-persuni li ma bdewx jaqblu mal-protocol dwar il-Covid19.

Nhar it-Tnejn, l-ewwel ta’ Marzu, Manuel Delia u sħabu ser jorġanizzaw protesta l-Belt. Mela Delia ma jħossx li din il-protesta tista’ tkun qed tqiegħed il-ħajja tan-nies fil-periklu? Jekk verament jemmen li dan hu virus daqshekk qerried, għaliex qed jgħid lin-nies biex jidħlu l-Belt Valletta? Jew dan il-virus ma jaffettwax lill-partitarji u ħbieb ta’ Manuel Delia?

Biss jekk wieħed jaħseb li l-protesta ta’ nhar it-Tnejn hija kontra l-gvern, wieħed qed jagħmel żball. L-avversarju li jridu jolqtu huwa Adrian Delia.Wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx miegħi, li verament valenu joħroġ mill-pinna ta’ Manuel Delia. Ma tistenniex aħjar. Dan is-suppost opinjonista, ġurnalista jew blogger jinqeda b’kull ħadd u b’kollox biex jattakka lil min ma jaqbilx miegħu. Naħseb li nistgħu naqblu li fil-mira hemm Adrian Delia.

Dak li nista’ ngħid lil Manuel Delia hu raġel tellief li jinqeda b’kull okkazzjoni biex jattakka lil min jaħseb jista’ jkun fin-nofs tat-twettiq tal-aġenda tiegħu.

Biss jekk dawn jgħidu li l-protesta ta’ nhar it-Tnejn hija maħsuba kontra Adrian Delia, tkun protesta tat-telliefa. Dawk li qed jorġanizzawha qed jinqdew bil-fatt li din hija kontra l-Prim Ministru u Rosianne Cutajar. Huma qed jagħtu l-impressjoni li Gvern qed iċedi għad-domandi tagħhom.

Biss jekk in-Nazzjonalisti li ser imorru jaħsbu li sejrin jipprotestaw kontra l-Gvern qed jaħsbu b’mod żbaljat. Anzi ngħidilhom li qed jiżballjaw bil-kbir. Il-protesta ta’ nhar it-Tnejn mhix kontra l-Gvern. Il-Gvern huwa skuża. Il-protesta ta’ nhar it-Tnejn hija biex finalment jittajjar Adrian Delia mill-Partit Nazzjonalista. Hija biss il-bidu biex jitwettaq dan il-pjan.

L-argument ser ikun dan. Sur Bernard Grech qed tara kif il-gvern qed jirreagixxi għall-protesti tagħna. Aħna qed nipprotestaw fi żmien il-Covid19 u l-Prim Ministru ġa neħħa lil Rosianne Cutajar minn segretarju parlamentari. Issa ara li issa tagħmel l-istess u tneħħi lil Adrian Delia.

Ġa kien hemm indikazzjonijiet ċari u naħseb il-gazzetti ta’ għada ser ikomplu jagħtuna aktar indikazzjonijiet dwar dan li qed nikteb dwaru.

Nies bħal Manuel Delia u sħabu tas-soċjeta ċivili iridu li Bernard Grech jagħmel li jridu huma. Is-sitwazzjoni qed issir aktar agħar ġewwa l-Partit Nazzjonalista. Il-mistoqsija hija din? Min qed iħallas għal dan kollu? Jista’ jgħidilna Manuel Delia jekk hux qed jieħu flus għal kitbiet li qed jikteb? Jistgħu in-nies tas-soċjeta’ ċivili jgħidulna min qed iħallas għal dawn il-protesti? U jekk iwa, min qed iħallsu?

One thought on “Manuel Delia ma jħossx li protesta tal-massa fi żmien il-Covid19 hija ta’ theddida basta jitkeċċa Adrian Delia

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *