Bil-provi: Il-Covid19 hija biss perikoluża skont il-persuna min hija

Peress li jien bdejt nagħti spazju lil dawk li huwa xettiċi dwar il-miżuri li ttieħdu minħabba il-Covid19, bdejt niġi mgħajjar minn ħafna nies, inkluż Matthew Carauna Galizia u anki minn sieħbu tal-Arriva, Manuel Delia, li jien ta’ periklu għas-saħħa pubblika.

Dan għaliex jien ktibt li l-protokoli mhux qed jagħmlu sens. F’dan il-kuntest tajt spazju anki lil persuni bħal Marica Micallef biex tikteb fuq dan is-suġġett u ser nibqa’ nagħtiha spazju. B’hekk ġejt mgħajjar anki minn akkademiċi li jien perikoluż.

Biss issa nixtieq nagħmel mistoqsija lil dawn l-akkademiċi u lil min għajjarni.

Bħal ma tafu, kien hemm fatt fl-aħbarijiet. Ittellgħu tliet persuni l-qorti fil-ħdax ta’ bil-lejl. Ma hemmx dubju, li din kienet bħal meta ttella’ Yorgen Fenech il-qorti b’arrest. Biċċa show għall-media. Għaliex qed ngħid dan? Għaliex fost dawk li ttellgħu l-qorti kien hemm wieħed li għandu l-Covid19. Dan mhux jien qed ngħidu, dan qalu l-Kummissarju tal-Pulizija. Mela f’daqqa waħda din il-Covid19 ma baqgħetx daqshekk perikoluża. Inħarġet approvazzjoni biex din il-persuna bil-Covid19 tista’ tiddaħħal f’awla tal-qorti, li fiha hemm diversi nies. Biss qalulna li ma hemmx problemi ta’ saħħa pubblika għaliex ser ikun liebes ilbies protettiv, hemm id-distanzi u fuq kollox, xi ħaġa ġdida li jien qatt ma kont smajt, il-Covid19 hu l-aktar attiv u perikoluż fl-ewwel ijiem. Issa dan kien ilu fuqu aktar minn tliet ijiem.

Mela f’daqqa waħda, id-diskors dwar il-Covid19 kollu nbidel. Ma baqgħetx dik il-marda daqshekk perikoluża. Il-pulizija ma kellhiex bżonn tistenna jumejn oħra, fejn kienet ilha tant tistenna, sakemm ressqet lil din il-persuna l-qorti. Riedet tressqu xorta fil-11 ta’ bil-lejl bil-Covid19 b’kollox.

F’daqqa waħda l-Covid19, ma baqgħetx dik il-marda terribbli. Infakkar li dan il-bniedem, bil-Covid19 daħħluh ġewwa awla magħluqa u fiha kien hemm in-nies. Jekk ikollok xi ġara li ħadet l-Covid19, trid tagħmel ħmistax kwarantina.

Fuq kollox, infakkar li jekk persuna tmut bil-Covid19, il-qabar fejn tindifen jingħalaq għall-għaxar snin. Għala oqbra qed jingħalqu għall-għaxar snin? Infakkar li l-katavri ta’ dawk li jmutu bil-covid19 qed jingħalqu f’boroż protettivi. Mela la darba qegħdin f’dawn il-boroż protettivi ma hemmx problema. Għala qed jingħalqu l-oqbra għall-għaxar snin? Dawn mhux bħall-ilbies li libsu jew aħjar li libbsu lill-akkużat?

Nispera issa li xi ħadd ma jgħidx li jien nikteb “conspiracy theories”. Naħseb li għandha oppożizzjoni mixtrija li minflok qed tistaqsi, kif inhu dmirha, għaliex qed inġennu n-nies bil-Covid19, spiċċat kompliċi ta’ numru ta’ miżuri li mhux qed jagħmlu sens, li qed jinbiddlu skont is-sitwazzjoni. L-aqwa li nkissru n-nies. Għandna Oppożizzjoni li spiċċat kompliċi ma’ din it-tragedja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *