Bernard Grech u l-Abbazija Navarra

Il-Ħadd li għadda, Dr. Bernard Grech qatta’ weekend break ieħor ġewwa Għawdex. Ninnotaw li meta jmur Għawdex jitla’ mill-Ġimgħa u jibqa’ sal-Ħadd. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Mhux ser nidħol fil-mertu, kif jagħmlu tas-Soċjeta Ċivili u Manuel Delia u nistaqsih min qed iħallaslu dawn il-weekend breaks.

Biss il-Ħadd li għadda reġa mar in-Nadur, li niftakru hija r-roccaforte ta’ Chris Said. Bħal ma hu mistenni, hemmhekk għamel diskors politiku dwar il-kwistjoni tal-Abbazia magħrufa bħala ta’ l-Fundazzjoni Navarra. Numru ta’ familji qed jirriskjaw li jitilfu l-propjeta’ tagħhom minħabba din l-abbazia. U x’wiegħed Bernard Grech lin-nies tan-Nadur?

Fin-Nadur qalilhom li jekk jitla’ u jsib nitfa’ żball fir-reġistru tal-artijiet jagħtihom kollox lura. Issa dan għal min jifhem jaf li ma jistax jagħmlu. L-ewwel hemm numru ta’ fundazzjonijiet marbuta mal-knisja li għandhom dawn it-tip ta’ problemi.  

Biss dawk li qed imexxu l-fundazzjoni llum għandhom kollox favurihom. Fuq kollox huma ħbieb tal-ħbieb tiegħu. Biss forsi din id-darba, mingħajr ma induna għandu biċċa raġun. Biss din hija xi ħaġa ċivili aktar milli kwistjoni politika.

Infakkar li hawn qed nitkellmu dwar fundazzjoni ekklessjastika. Din hija l-fundazzjoni u bħalha l-knisja kellha ħafna, fejn persuna fdat lill-knisja, f’dan il-każ lill-isqof bl-amministrazzjoni tal-artijiet li din il-persuna kellha.

Din il-fundazzjoni twaqqfet minn mara li kienet armla. Kien miljunarja ta’ żmienha. Din kien Cosmanna Navarra u kien toqgħod ir-Rabat Malta. Hija kienet il-persuna li bniet il-knisja preżenti ta’ San Pawl tar-Rabat. Bnietha biex timpika mal-kavallieri. Fi kliem ieħor kienet mara li sfidat il-poteri ta’ żmienha.

Hija waqqfet din il-fundazzjoni fl-1675 permezz ta’ testment li sar għand in-Nutar Nikola Allegretto. Dan in-nutar Allegretto kien jaħdem ħafna ir-Rabat, Malta, fejn din l-armla kienet tgħix. Id-data eżatta ta’ dan it-testment hija ta’ 25 Awwissu 1675. L-isqof ta’ Malta ingħata d-dritt li jagħżel il-prokuratur u jamministra din l-art. Fin-nuqqas li hu ma jibqax amministratur, din l-art kellha tgħaddi għand l-eredi jew dixxendenti tagħha.

Biss forsi ftit jafu, din l-armla ma għamlitx biss testment iżda anki għamlet kodiċil għal dan it-testment. B’kodiċil kienu jifhmu strument legali li bih kien jiżdiedu affarijiet, normalment ta’ natura spirtwali mat-testment li persuna tkun ġa għamlet. B’hekk it-testment kien jibqa’ validu u miegħu kien ikollu wkoll l-addenda tal-kodiċil. F’dan il-kodiċil, li huwa l-aħħar volonta tat-testatriċi, Cosmanna Navarra titkellem u s-semmi min huma eżatti l-eredi tagħha għal din l-abbazia.

Biex wieħed jifhem, din l-armla għamlet bħal ma x’uħud jagħmlu llum fuq qabar. Dawn iħallu d-dritt li d-dixxendenti tagħhom biex ikunu jistgħu jindifnu fih. Mela kull min hu kapaċi juri li jiġi mit-testatur jista’ jindifen fil-qabar. Hekk ukoll ġara f’din il-fundazzjoni.

Dak li hu interessanti għal min irid jistudja t-testmenti nutarili ta’ din l-epoka, li din l-armla tkellmet f’dan il-kodiċil fuq il-“werriet universali” u mbagħad f’partijiet tikkwalifikah billi żżid ukoll “id-dixxendenti tiegħu”. B’hekk kienet qed tifhem li kull min ser jitwieled mill-werriet universali għandu dritt u l-istess obbligi u privileġġi tal-werriet universali tagħha u mhux biss dixxendenti tal-ewwel wild.

B’hekk din hija l-akbar problema u forsi hawn Bernard Grech għandu xaqq ta’ dawl li sar żball kbir fir-reġistrazzjoni ta’ din il-propjeta, għaliex qabel ma ssir ir-reġistrazzjoni jridu jkunu stabbiliti d-dixxendenti kollha tagħha u mhux dawk biss f’linja diretta magħha. Dan anki joħroġ ċar ħafna mill-kodiċil. Fuq kollox, f’dan il-perjodu, meta wieħed kien jitkellem fuq dixxendenti diretti, kien jitkellem fuq linja maskli. B’dixxendi biss kien qed jifhem kulħadd, inkluż il-werrieta ta’ nisel femminil.

Mela hawn għandna sitwazzjoni li qed ikun hawn ħafna minnhom illum fejn ikun hemm aktar minn werriet wieħed fuq propjeta’. Qabel ma ssir il-qasma, in-nutar irid jistabbilixxi il-werrieta kollha u jekk ikun hemm aktar minn ġenerazzjoni waħda, irid ikun stabbilit kull werriet ta’ kull ġenerazzjoni. 

Kontra dawk li wieħed jaħseb, in-nisa ma kienux esklużi mill-wirt u l-anqas f’każ bħal dan, in-neputijiet li ma kienux mill-ewwel wild. Jidher li din id-darba, jista’ jkun, li mingħajr ma nduna, Bernard Grech ġabha żewġ.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *