Daphne Caruana Galizia: “Tippubblika biss dak li jaqbel lilha”.

Irċevejt dan il-messaġġ mingħand persuna li qaltli li hija ma tantx tista’ nikteb pubblikament pero’ taqra kollox u ta’ dan irringrazzjatni. Din il-persuna qaltli hekk:

Dr. Mercieca, uniċi artikli li naħseb naqra huma tieghek. Kollha bis-sens. Sens komun li ma għadu komun xejn. Mela ħa nsaqsik xi mistoqsijiet jekk jogħġbok.

  1. Daphne Caruana Galizia ma kenitx journalist, le? Kellha blog. Kienet iżżomm blog u tikteb fih.
  2. Safejn naf jien ġurnalista taqra jew tfittex l-aħbarijiet u tikteb FATTI. Tkun preżenti fi press conferences. Mhux jekk?
  3. Jiena, min jaf kemm ktibtilha u qatt ma ġġibhom jidhru. Tippublika kienet biss li jaqbel lilha. Dik fairness!!
  4. Għaliex il-Prim Ministru għamel konferenza stampa fuqha? X’affarijiet dawn! Mela din l-mara speċjali aktar minn ħaddiehor li miet b’disgrazzja jew qtil? Jekk Allaħares qatt joqtlu lili, l-istess se jagħmel il-prim ministru? Ma naħsibx għax jien komuni. U din x’għandha aħjar minni?
  5. Min jaf kemm qed jintefqu flus fl-FBI, Interpol, pulizija, detectives u lanqas naf jien. Hekk sew bit-taxxi tiegħi noqgħod inħallas dawn l-eluf. Prosit! U biex niftħu sala jew nibnu ċentru tas-saħħa mentali, hemm ma għandiex flus. Tiskanta hux… Kemm aktar ma weġgħet nies aktar qed tieħu prominenza. Jissemmew swali għaliha. Fl-aħbarijiet kważi tissemma kuljum. Smajt li se tittella play… x’jonqos? U jaħasra jiena, ċittadina normali nipprova dejjem ngħin u nipprova nkun mara nisranija li nagħmel il-ġid u probabbli meta mmut sa l-għada jkunu nsewni.

One comment

  1. Qedin nahlu hafna flus u risorsi ghal mara li hlief hdura u valenu ma harig min halqa. Alla ma jahfrilha qatt fuq li qalet u ghamlet specjalment meta qalet li xtaqet li t- tfal tal- Laburisti jaqbadhom Cancer. Correct me if I,’ m wrong. Grazzi u nixtieqlek is- sahha habib.

Leave a Reply