Kevin Cassar: min hu l-veru korrott?
Ftit tal-ġimgħat ilu Kevin Cassar kiteb artiklu biex jgħid li jiena akkademiku pastaż (rude). Jien mhux ser nagħmel bħal Kevin Cassar u nidħol fix-xogħol akkademiku tiegħu kif huwa u sħabu ppruvaw jagħmlu fuq xogħli. Biss Kevin Cassar iħobb jikteb fil-gazzetta The Times. Hu jippreżenta lilu nnifsu bħala l-kuxjenza soċjali tan-nazzjon Maltija. Imma, bħal dawk li li jaħsbuha bħalu, huwa selettiv ħafna fl-attakki tiegħu. Jimmaġina li jista’ jindaħal u jiddetta kif ċertu nies għandhom jaġixxu. Sa hawn m’għandi ebda problema, wara kollox pajjiżna hu pajjiż ħieles. Għandha demokrazija fejn kulħadd hu liberu li jippronunzja ruħu, jxerred ħsibijietu u juri wkoll lejn fejn ixaqleb.
Imma dan l-individwu huwa parti minn grupp li qisu lilhom infushom li għandhom xi dritt superjuri fuq l-oħrajn. Jużaw il-gideb jew aħjar in-nofs veritajiet u jispinjawhom waħda sew u kif iridu huma biex lill-poplu jbellgħulu preġudizzji maħsuba mingħajr wisq informazzjoni.
Ħafna mill-artikli ta’ Kevin Cassar huma mħawra b’dawn in-nofs veritajiet li huma agħar mill-gibed. Għaliex dawn iwasslu lill-qarrej biex jagħmel żbalji u kalkulazzjonijiet ħżiena. Biss meta tifli l-kwotazzjonijiet żbaljati tiegħujġibulek ċertu dubbju dwar l-għerf politiku li għandu. Qed ngħid dan għaliex Cassar faċilment isellef lilu nnifsu permeżż tal-pinna biex jipprova jkisser u jfarrak karattri umani b’dawn in-nofs veritajiet.
Hawnhekk tibda tistaqsi jekk adottax fil-ħajja tiegħu, l-istil ta’ Jekyll and Hyde. Jinkwitani l-fatt li għandu misteru pjuttost moħbi ta’ kif ħareġ mis-sitwazzjoni personali tiegħu biex seta’ jidħol fid-dinastija Fenech Adami. Qed ngħid dan biex wieħed jifhem aħjar x’inhu għaddej bħalissa fil-kamp Nazzjonalista.
Nhar il-Ħadd kellu artiklu fis-Sunday Times. Fih tant tbiegħed mill-verita’ u tant prova jgħawweġ il-fatti li rnexxielu jissupera l-attakki preċedenti li ilu għaddej bihom biex joskura lil Dr. Adrian Delia. Fi ftit kliem, f’dan l-artiklu tkellem dwar il-fatt li Adrian Delia kien qed jistaqsi dwar l-attivita’ ta’ James Piscopo. X’għamel ħażin? Kważi, kważi meta taqra l-artiklu ta’ Cassar , tasal għal kunklużjoni li dan qed jikkundanna lill-amministrazzjoni ta’ Delia għaliex kitbet stejjer dwar James Piscopo, li kien CEO tal-Partit Laburista kif ukoll kien irċieva eluf ta’ Euro taħt l-amministrazzjoni ta’ Muscat. Biss il-fatt li James Piscopo iġġieled ma’ Keith Schembri jfisser skont Cassar, li ġie eżonerat mill-imgħoddi tiegħu.
Flok Cassar staqsa kif ex- ħaddiem tal-Air Malta sar sinjurun mil-lum għall-għada, attakka lill-messaġġier. Dan għaliex The Times ħarġet storja li Fenech ħallas flus biex (u hawn ha nuża kliem Cassar) allegatament ikun attakkat Piscopo mill-Partit Nazzjonalista. B’mod spettakulari, Cassar nesa jew ħeba li stejjer dwar Piscop kien ilhom jiġu miktuba kullimkien mill-2013. Nesa Cassar li dik l-istorja li kienet qed jikteb dwarha kienet għand il-ġurnalisti xhur qabel u kif kont ktibt jien, l-media għażlet li ma toħroġhiex. Naħseb dak li kellu jistaqsi Cassar huwa għala llum wieħed irid iħallas lill-ċertu media biex toħroġ il-verita’? Għala l-media jkollha ċertu stejjer u ma toħroġhomx meta jkollha toħroġhom?
Infakkar lil Cassar li kien hemm stejjer fil-media marbuta mall-amministrazzjoni Nazzjonalista, u din tinkludi stejjer li seħħew fiż-żmien meta, Beppe, ħu l-mara tiegħu u sħabu l-qaddisin, kienu parti mill-amministrazzjoni Nazzjonalista. Cassar kiteb xi ħaġa dak iż-żmien biex jiskredita dik l-amministrazzjoni Nazzjonalsita? Żgur li le. Għal kuntrarju rikeb fuq il-karettun politiku u kkandida ruħu mal-grupp ta’ kandidati ta’ Busuttil. Iżda biex ikun aktar ipokrita fl-artiklu tiegħu kompla jikteb li Delia u Portelli kienu f’xi ftehim mal-klikka ta’ Kastilja.
Jasal biex jiddeskrivi dan kollu bħala cabal (fazzjoni politika sigrieta). Kollox jgħodd basta jiskredita lil Dr Delia allavolja ma għadux Kap tal-Partit. Ejja għas-saħħa tal-argument nużaw l-istess riga assurda wżata minn Cassar biex jimbotta l-agenda kontra ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Meta Cassar reġa’ żżewweġ, din id-darba lit-tifla tal-ex-Prim Ministru u ex-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami, huwa sar parti mill-familija Fenech Adami u allura qrib ħafna ta’ Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien viċi-Kap tal-Partit. Ħaġa ovvja Cassar qasam ikliet, vaganzi and minn jaf x’iżjed ma’ Beppe u l-kumplament tal-familja.
Kelli ċans nikteb fuq dan l-istess blog li fl-2013, Beppe kien fuq il-board ta’ CapitalOne, kumpanija fiduċjarja, proprjeta ta’ kumpanija oħra li nstab li kienet imdaħħla f’attivita’ finanżjarja illeċita. Beppe rreżenja minn direttur ta’ din il-kumpanija fl-2014. Din l-istess kumpanija ġiet immultata €30,000 f’multa, li ġiet ikkonfermata mill-qorti tal-appell fix-xahar ta’ Jannar 2021.
Mela biex nużaw l-istess riga tiegħu, b’assoċċjazzjoni Kevin Cassar huwa parti minn cabal għaliex tkellem, bagħat messaġġi u kiel ma Beppe Fenech Adami! Li kieku xi ħaġa bħal din ma kienetx assurda wieħed jista’ jaħseb li kienet vera u reali. Imma l-verita’ sagrosanta hija, li nies bħal Cassar, dak li hu importanti għalihom huwa, li jħammġu l-avversarji politiċi tagħhom u lil dawk li ma jaqblux magħhom allavolja dawn jistgħu jiġu mill-istess partit tagħhom stess. Veru każ ta’ silta mislufa mill-kotba li “l-għadu tal-għadu tiegħek huwa l-ħabib tiegħek”.