Where your opinion counts

Matthew Caruana Galizia l-anqas jaf il-fatti kollha

Wara li jien ippubblikajt li kien Ivan Martin u mhux Ivan Camilleri li nforma lil Yorgen Fenech li l-pulizija kienu sejrin jarrestawh, Ivan Martin tella’ post biex jgħid li din l-istorja tiegħi mhix minnha. Dan il-post ta’ Ivan Martin ġie ‘shared’ minn Matthew Caruana Galizia.

Kieku jien membru tal-familja Caruana Galizia, ma kontx nidħol f’din il-kwistjoni jekk hux Ivan Martin jew Ivan Camilleri li nfurmaw lil Yorgen Fenech.

Finalment fatt bħal dan ma għandu jagħmel l-ebda differenza għal din il-familja. Biss jidher li għal Matthew Caruana Galizia dettall bħal dan jagħmel differenza kbira. L-istess nista’ ngħid lil dawk kollha li qed jżommu ma’ din il-familja.

Biss l-aktar ħaġa li laqtitni f’dan l-artiklu ta’ Matthew Caruana Galizia li l-anqas jaf l-affarijiet. Basta jrid jikteb. Mela kiteb nota dwari biss ma kellux il-kuraġġ isemmini b’ismi. Imma basta jikkummenta. Jien mhux ser nitkellem dwar il-fatt li mingħalih qed jipprova jgħaddini biż-żmien bil-kumment tiegħu fuq Ġesu’ Kristu.

Biss ma kontx naf li jien spiċċajt ‘deputy head’ tad-dipartiment tal-istorja! Din hija promozzjoni mingħajr ma kontx qed nistennieha. Verament dan Matthew Caruana Galizia huwa informat fuq il-fatti li jikteb dwarhom!

Biss talli tani din il-promozzjoni bla ħsieb, nirringrazzjah bil-quddiem.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *