Herman Grech jagħmel “like” lill-kumment dispreġġjattiv
Wara li tellajt il-post fejn għidt li Ivan Martin u mhux Ivan Camilleri kien il-persuna li bagħat il-messaġġ lil Yorgen Fenech, Ivan Martin tella’ post biex jgħid li jien giddieb. Fost dawk li qablu miegħu kien hemm Mark Camilleri li huwa c-Chairman tan-National Book Council.

Camilleri kiteb dan il-kumment taħt il-post ta’ Ivan Martin. Wieħed minn dawk li għamillu like huwa Herman Grech, l-editor-in-chief ta’ Times of Malta.

Dak li jinkwetani mhux il-kumment ta’ Mark Camilleri. Biss li l-editor-in-chief ta’ gazzetta jagħmel “like” lil kumment maħsub biex jirredikola persuna, huwa nkwetanti. Camilleri ma attakkax l-argument imma anki lill-persuna li għamel l-argument.
Biex editor-in-chief jogħġbu argument li jipprova jirredikola persuna juri biss f’liema stat miskin tinsab illum it-Times.