Diana F. Cacciottolo ta’ The Times tuża l-Latin biex tgħajjarni bagħal.
Wara li jien ippubblikajt li Ivan Martin kien li ċempel lil Yorgen Fenech u qallu li l-pulizija kienu ġejjin jarrestawh, Ivan Martin tella’ post fejn qal li dan mhux minnu. Taħt il-post ta’ Ivan Martin kitbet Diana F. Cacciotolo li hija n-news editor ta’ The Times. Hija wżat frażi li wisq probabli sabitha f’ “Handmaid’s Tale” fejn mal-ħitan tal-kamra tas-sodda tal-karattru prinċipali ta’ din in-novella kien hemm miktub “nolite te bastardes carborundorum.” Bil-Malti tfisser “tħallix lill-bgħula jkissruk”.
Dan huma l-ġurnal li jridha tal-pur u verġni. Jagħmel storbju sħiħ jekk xi ħadd jikteb kumment fuq Facebook li jħossuh offensiv, għaliex mhux “politically correct”, imbagħad huma jaħsbu li għandhom id-dritt sagrosant li jużaw kliem dispregjattiv lejn in-nies.
X’ħasbet Diana Cacciotolo li l-Latin ma nafux? Naħseb li nafu ftit aktar minnha għaliex wisq probabli sabet din l-espressjoni wżata f’dan il-ktieb. Biss din turina l-anima perversa ta’ min imexxi The Times illum.
Huma jistgħu jgħajru persuna “bastardus”, li bil-Malti tiġi bagħal jew bgħula li kienet kelma dispreġġjattiva ħafna għaliex kienet indirizzata lil dawk kollha li jkunu twieldu barra żwieġ u għalhekk kienu jiġu mgħajra mis-soċjeta’ passata.
L-aqwa li huma tal-ewwel “tier”.
