KullĦadd tgiddeb lil Manwel Delia
Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista ġie ridott fi stat tal-biki jafu kulħadd. Fil-ġlieda interna li għaddejja, Manwel Delia spiċċa kiteb artiklu kollu gideb fuq Dr. Adrian Delia u Robert Arrigo. Dan l-artiklu ta’ Manwel Delia jikkonċerna il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista. Skont Manwel Delia, dawn marru lura taħt Dr. Adrian Delia. Il-gazzetta tal-Partit Laburista, KullĦadd spiċċat tammetti li taħt Dr, Adrian Delia, il-finanzi tal-PN marru ‘l quddiem waqt li tgiddeb lil Manwel Delia fuq dak li kiteb fuq Robert Arrigo u Adrian Delia.
