Where your opinion counts

Jitkellem infermier li jaħdem l-isptar Monte Carmeli

Bħala impjegat fil-qasam tas-saħħa mentali, napprezza l-artikli li qed tippubblika, pero’ ma tantx nista’ nikkummenta pubblikament. Li nista’ ngħid huwa li Mount Carmel Hospital ġie ttraskurat kemm fi żmien il-PN u anki taħt il-PL u issa saret ħsara strutturali irreparabbli.

Meta tela’ il-PL fil-gvern, sab 8 milljuni dejn il-ħadd ma jaf fejn marru għaliex l-aqwa li niftaħru b’Mater Dei li hija “state of the art” u dan insejnieh. Fid-diffikultajiet kollha li hemm, isir ġid kbir u ma jidhirx.

Il-maġġoranza tal-istaff huma iddedikati u maħbubin mill-pazjenti. L-akbar problema, apparti dik strutturali hija, illi sar żgħir wisq għad-domanda, peress li naqqsu s-swali u żdiedet il-popolazzjoni, speċjalment bil-barranin.

Ħafna barranin, speċjalment Afrikani, saru ‘revolving door customers’, fejn jiġu ta’ fuqhom senduqhom u joħorġu mgħobbijin bil-ħwejjeg li jakkwistaw.

Imbagħad hemm il-problema li ngħalqet il-“psychiatric unit” fil-Mater Dei biex tintuża għall-covid u l-outpatients.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *