Veru li ġurnalista ta’ The Times kien jiffrekwenta dik il-famuża dar tal-Imdina?

Il-bieraħ, il-ġurnal The Times of Malta reġa’ kellha l-istorja dwar il-famuża dar ġewwa l-Imdina li kien ser jixtriha Yorgen Fenech. Mhux ser nidħol fid-dettall jekk Rosianne Cutajar, dak iż-żmien membru parlamentari mingħajr kariga fil-kabinett kellhiex dritt tieħu senserija jew le. Dak li nista ngħid li jidher li l-flus li ħadet f’senserija issa naqsu għaliex id-darba l-oħra issemmiet somma differenti. Fuq din is-senserija kont tkellimt f’numru ta’ artikli fil-passat li wieħed jista’ jsibhom fuq dan is-site tiegħi.

Biss hemm dettall żgħir importanti li kont nistenna li The Sunday Times tilluminana ftit aktar dwaru. Vera li din id-dar ġewwa l-Imdina, li The Sunday Times reġgħet kitbet dwarha, jafha sew wieħed mill-ġurnalisti tagħha? Vera dan il-ġurnalista kien jidħol fiha ta’ spiss? Naħseb li din hija biċċa informazzjoni ta’ interess, jekk hija minnha, la darba l-editur in-chief tal-Allied Publications xtaq jerġa’ jitkellem dwar din l-istorja. U jekk minnha, x’jaf dan il-ġurnalista fuq l-istorja ta’ din id-dar?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *