L-isptar Monte Carmeli
Wara li l-bieraħ tellajt blogg dwar il-bżonn li l-isptar Monte Carmeli jiġi rinnovat, irċevejt dan il-kumment.
Prosit Dr Mercieca…
Is-saħħa mentali hija suġġett għall-qalbi. Naf għax jien inbati minn din il-kundizzjoni. U meta jkolli panic attacks jew ngħaddi minn żmien ħażin fil-ħajja, mhux easy. Anki biex tagħmel appuntament ma’ psychologist jew psikjatra mhux faċli. L-appuntament (privat) għandek tliet ġimgħat mill-inqas. Jiena bdilt xi tlieta. Kollha dejjem full up.
Darba tant kont ħażina li kont se niġġennen. Ħadd ma kellu post. Kont bgħatt messaġġ, kważi nibki lil wieħed psikjatra li hu verament nice guy. Imma mbilli. Miskin qalli jiddispjaċini full up.
Irrid li jkollna sptar modern, fejn jekk tħossok mhux tajba tmur tistenna forsi ftit u tidħol u titkellem ma’ xi ħadd. Imma ġa l-isem Mount Carmel Hospital huwa stigma.
Naqra li tikteb kollox. Pero kif għidtlek darba. Ma nħobbx ħafna nikkummenta.
Pero prosit tal-kitba down to earth li jifhimha kulħadd.
Nawguralek ħafna saħħa.