Il-Qorti Ċivili qed tittratta lil familja Caruana Galizia, Melvin Theuma u Yorgen Fenech b’modi differenti

Il-gazzetti ppubblikaw l-istorja fejn il-qorti ppreseduta mill-Imħallfa Anna Felice rrifjutat it-talba ta’ Yorgen Fenech biex jitnaqqas jew jitneħħa dan is-sekwestu.

Għalija l-fatt li l-qorti ġa rrikonoxxit id-dritt ta’ sekwestru – u dan ġa ktibt dwaru – ma nistax nifhmu. Kien hemm imħallfin oħra li taw sentenzi dwar dan il-punt. Imma għaliex dan ma għandux ikun f’dan l-istadju?

L-ewwel. Yorgen Fenech għadu innoċenti mela kif qed jiġi mfittex għad-danni fuq akkużi li tagħhom għadu ma nstabx ħati. S’issa qed joħroġ aktar ċar li hemm aġenda mmexxija mill-media kontra tiegħu. Fuq liema bażi l-qorti ċivili ser tasal għall-konklużjoni li hu ħati – fuq dak li qed tikteb it-Times jew gazzetti oħra?

It-tieni. Nifhem li familja qed tagħmel dawn il-kawżi bħala kawtela, jiġifieri biex il-familja żżomm milli jkun hemm xi attentat ta’ bejgħ ta’ propjeta’ jew Yorgen Fenech jew il-persuna potenzjalment ħatja jipprovaw jeħilsu jew jiddisponu mill-propjeta’ li għandhom. Biss hija wkoll verita’ li dawn l-kawżi qed jintużaw biex il-media tmexxi l-aġenda tagħha.

It-tielet. Meta kont ktibt fuq dan il-punt, Manuel Delia kien tella’ artiklu – sejjaħlu Juice dwar kawża fl-Amerika fejn anki meta l-persuna ma nstabitx ħajta kriminalment, xorta ċivilment kellha tħallas kumpens. Biss hawn il-problema qegħda li l-persuna li fuqu qed jiġi bbażat kollox, Melvin Thuema, ġie avevolat mill-istess familja Caruana Galziia f’din il-kawża li qed tagħmel għall-danni. Dan iwassal għall-punt li għamilt fuq. Din hija kawża li qed tfittex li titfa’ dell ta’ ħtija fuq l-akkużat. Il-familja Caruana Galizia l-ewwel talbu inibizzjoni fuq l-assi tiegħu u wara ħafrulu u aċċettaw li jkun redott il-kumpens.

Veru li fil-każ ta’ Yorgen Fenech, it-talba hija ta’ sekwestru waqt li fil-każ ta’ Melvin Theuma hija ta’ inibizzjoni jiġifieri biex jinżamm u ma jkunx jista’ jbiegħ propjeta’, iżda l-kawża li għamlu l-familja Caruana Galizia hija l-istess. Fuq kollox hemm aktar minn hekk. Permezz tas-sentenza tagħha, l-imħallfa Anna Felice:

  1. Bierket il-fatt li kulħadd jista’ jagħmel sekwestru u jgħid li huwa werriet ta’ xi ħadd mingħajr ma jressaq ebda prova;
  • Bierket il-fatt li kulħadd jista’ jagħmel sekwestru u jitlob miljuni ta’ danni mingħajr l-iċken ħjiel prima facie ta’ kif min jagħmel is-sekwestru wasal għal dik iċ-ċifra;
  • Bierket il-fatt li la l-imħallef ffirma s-sekwestru, dan ifisser li dak l-imħallef kien sodisfatt li min talab is-sekwestru għandu prima facie raġun jitlob 5 miljun ewro anke jekk rendikont ma ntalabx kif isir is-soltu meta jkun hemm ċifri eżorbitanti u għalhekk hija dehrilha li ma hemmx tibdil fiċ-ċirkustanzi minn meta nħareġ il-mandat ta’ sekwestru li jiġġustifikaw it-talba ta’ Fenech għal tnaqqis tal-ammont mitlub ta’ 5 miljun ewro u dan għax skond l-imħallfa, “Il-ħtiġijiet li kkostatat il-Qorti kompetenti li ħarġet il-mandat ma nbidlux”;
  • Bierket dak li qalu Caruana Galizia fir-risposta tagħhom li Daphne Caruana Galizia kienet self-employed, kellha 53 meta giet assassinata u kellha 25 jew 35 sena oħra ħajja. Dan ifisser li għal Qorti Daphne kienet ser tibqa’ taħdem sa’ 87 sena u kienet taqla’ 142,857 ewro fis-sena; u li jekk kienet ser tibqa’ taħdem għal 25 sena oħra sal-eta’ ta’ 75 sena, hija kienet taqla’ kull sena ewro 227,272.  Dan il-qorti birkitu mingħajr ebda rendikont u prova tal-qliegħ tal-mejta
  • Injorat il-fatt li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni mħarrek biex jixhed oġġezzjona biex jixhed u b’hekk jgħid kemm kienet iddikjarat qliegħ Daphne Caruana Galizia għaliex ma ngħatax il-kunsens mill-werrieta biex jgħid kemm qalghet Daphne Caruana Galizia. Meta jiġri hekk, il-proċedura hija li wieħed jitlob il-permess tal-prim ministru biex il-kummissjarju tax-taxxi interni jkun jista’ jixhed; mill-qliegħ dikjarat tagħha mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni biss, il-Qrati tagħna dejjem ħadu inkonsiderazzjoni l-qliegħ tal-persuna jew l-eredi tagħha li qed jitolbu ghad-danni;

L-ironija hija li għandna l-kawża li saret kontra Yorgen Fenech,  l-aħwa Degiorgio, Vincent Muscat u Melvin Theuma. Il-familja Caruana Galizia talbet 5 miljuni mingħand kulħadd. Iżda mbagħad, il-Qorti naqset l-ammont ta’ danni li Caruana Galizia qed jitolbu mingħand Melvin Theuma għal 2.1 miljuni u fil-każ ta’ Yorgen Fenech le.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *