Moira Sciberras talbitni biex tidħol mill-ġdid fil-grupp tiegħi

Moira Sciberras kienet membru fil-grupp tiegħi. Kienet tikteb favur Bernard Grech u anki ġieli rrappurtat persuni li kienu jiktbu fil-group lill-facebook. Jien qatt ma kont niċċensuraha. Dejjem ħallejtha tikteb li trid. B’hekk din l-azzjoni li tiċċensura lin-nies ma kontx apprezzajtha u kont għidtilha.

Imbagħad minn rajha ħarġet. Kienet tikteb kontra tiegħi fil-grupp ta’ Bernard Grech. Wara li ħarġet kienet anki fost dawk li għamlu appell biex in-nies jew in-Nazzjonalisti jibdew joħorġu mill-group tiegħi. Ma ġara xejn. Biss il-group kompla jikber.

Illum talbet biex terġa tidħol fil-group. Jien mhux wieħed li nżomm f’qalbi u aċċettajtha lura fil-grupp. Naħseb li din it-talba ġiet għaliex semmejtha f’artiklu. Biss jidher li hemm min jaqrahom l-artikli tiegħi mill-ewwel għaliex ċemplulha jew qalulha mill-ewwel. Sakemm ma ratx l-artiklu hija stess fuq dan is-sit. Dan hu miftuħ għal kulħadd.

Min-naħa tiegħi aċċettajtha mill-ewwel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *