Inkwiet fil-Kunsill Nazzjonalista ta’ San Ġiljan; Clayton Luke Mula jgħid li huwa nvoluti f’ħafna organizzazzjonijiet u mhux bil-fors qed jirreferi għall-Kunsill.

L-inkwiet fuq livell lokali qed ikompli jikber għall-Partit Nazzjonalista u l-kap tiegħu Bernard Grech. Issa jmiss il-kunsill ta’ San Ġiljan. Kunsillier Nazzjonalista Clayton Luke Mula, tella’ post fuq Facebook. Il-post hu kif ġej:

Wieħed irid jiftakar li dan il-kunsill huwa mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista. F’dan il-kunsill. Clayton Luke Mula huwa wkoll il-viċi-sindku tal-lokalita’. Dan qed iħoss li ma hux qed jitħalla jaħdem fil-kunsill ta’ San Ġiljan.

Dan il-post ittella’ b’referenza ċara għas-sindku ta’ din il-lokalita’. Dan is-sindku mhux qed iħalli spazju lill-kunsilliera Nazzjonalisti l-oħra biex jaħdmu. Mula  tkellem għalih in-nifsu. Biss tkellem fil-miftuħ. Qed iħoss li l-kunsill sar “one man show”.

Minn informazzjoni li rċevejt, nies qrib ta’ Clayton Luke Mula qed jgħidu li tant kemm iddejjaq li anki qed jaħsibha jkomplix bħala kunsillier jew le.

Nixtieq nistaqsi lil Moira Sciberras, li tuża l-Facebook biex toqgħod tattakka lill-partitarji ta’ Adrian Delia jekk hux veru li din ċemplet lil Clayton Luke Mula? U jekk veru ċemplitlu, għamlitlux appuntament ma’ Ray Bezzina, wieħed mid-diretturi l-ġodda?

U nkompli nistaqsi lil Moira Sciberras, jekk dan hu minnu, għaliex dan l-appuntament ma sarx direttament mal-Kap tal-Partit Bernard Grech?

Dawn il-mistoqsijiet isiru pertinenti għaliex normalment, l-appuntamenti mal-kap tal-Partit Nazzjonalista jagħmilhom Jeremy Gingell u mhux Ray Bezzina.

Mela issa dan id-direttur, jew assistent ta’ Bernard sar il-bniedem li jittratta problemi interni ġewwa l-Partit u mhux il-kap innifsu?

Infakkar li Ray Bezzina nqabad jieħu jistruzzjonijiet mingħand Richard Cachia Caruana. Messaġġi bħal dawn fuq Facebook ikomplu juru s-sitwazzjoni imħawda li hemm fil-Partit Nazzjonalista bħalissa. Nispera li Moira Sciberras ma tridx tgħid li l-messaġġ li għamel Clayton Luke Mula mhux minnu. Infakkarha li s-sindku ta’ San Ġiljan huwa wieħed minn dawk ta’ Bernard Grech.

PS. Sadanittant, Moira Sciberras bagħatli dan il-messaġġ u qaltli hekk:

Mela jien pulizija jew is-servizz sigriet biex ikolli l-call log.

Min-naħa tiegħu, il-viċi sindku Clayton Luke Vella ċempilli u bgħattli dan il-messaġġ li qed niġi kollu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *