Il-laqgħa ta’ Ray Bezzina ma’ RCC
Il-filmat ippubblikat minn One News dwar il-laqgħat li saret f’Lukanda f’San Ġiljan bejn Richard Cachia Caruana jew aħjar RCC u Ray Bezzina titlob aktar analizi profonda. Din l-analiżi mhux biss bżonnjuża minħabba li rajnih u anki semgħuh jgħid lil min kellu quddiemu ‘you are mad’. Din il-frażi noħduha li tfisser li Bezzina kien qed jagħmel jew ser jipprova jagħmel xi ħaġa li l-kardinal ma kienx qed jaqbel magħha. Biss hemm raġuni oħra.
Ray Bezzina jafu sew lil RCC. Ta’ min jgħid li dan Bezzina kien jaf kif jaħdem RCC, għax waqt li Beżżina kien il-Kap tas-segretarjat ta’ George Pullicino, RCC kien qed imexxi minn Kastilja mhux biss il-pajjiż imma anke l-Partit. Suppost kien jaf li l-kardinal kien kollox hu u ara ma jkunx hemm xi ħadd li jażżarda jagħmel xi ħaġa mingħajr il-permess tiegħu.
Imma dan Ray Bezzina ma ftakarx f’dawk il-laqgħat li kien jagħmel RCC mal-kapijiet tas-segretarjati kollha u jordnalhom eżettament x’kellhom jagħmlu u kif kellhom imexxu? Possibbli nesa dan Ray Bezzina li RCC ma kienx hemm ċans li tagħti opinjoni? Possibbli ma ftakarx li RCC kien jiddetta kollox hu?
Allura x’mar jagħmel jiltaqa’ miegħu? Ħaseb li kien ser jieħu kafe’ bil-kwiet?