Kampanja mill-Media ta’ favur Daphne biex tħammeġ lil Adrian Delia

Kif ħabbart, bħalissa għaddejja kampanja orkestrata kontra Adrian Delia u Joseph Muscat mill-media li tissimpatizza mal-familja Caruana Galizia. F’dan l-artiklu ser niffokka fuq Adrian Delia. Fuq Joseph Muscat ġa ktibt blog ftit tal-jiem ilu fejn staqsejt jekk Muscat hux vittma tas-Secret Services Maltin.

Fil-każ ta’ Delia, f’daqqa waħda, l-istorja reġgħet daret fuq il-famuż attentat li suppost sar minn Yorgen Fenech kontra id-deputat Nazzjonalista David Casa. Fil-qosor, dak li qed ikun allegat hu li Pierre Portelli, li kien ir-righthand man ta’ Delia, daħal fi ftehim ma’ Yorgen Fenech biex dan jgħin billi joħroġ flus, biex jitla’ Frank Psaila u mhux David Casa.

Dak li mhux qed jingħad li dawn l-istejjer huma bbażati fuq l-Whatsapp messages ta’ Yorgen Fenech. Infakkar li l-Maġistrata Rachel Montebello għamlet divjit fuq il-pubblikazzjoni tagħhom. Biss il-ġurnali favur il-familja Caruana Galizia qed joħorġu l-kontenut ta’ dawn il-Whatsapp messges mingħajr ma jagħmlu referenza għalihom. X’ser jagħmel issa l-Assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia? Ser jagħmel xi nota biex il-qorti tieħu proċeduri kontra min qed ixandar dawn l-istejjer?

Dawn l-istejjer jirriflettu fatti li fil-verita’ ma seħħewx. L-ewwel għaliex David Casa tela’. Infakkar li kien hemm block vote għaddej kontra Frank Psaila minn dawk mitqiesha bħala ta’ kontra Delia. Imma dan id-dettall, konvenjentament, il-media ta’ favur Daphne Caruana Galizia ma titkellimx dwaru.

Biss hemm fatti oħra li jxejnu dawn l-allegazzjonijiet fuq Adrian Delia. Bħala storiku, jien nitkellem bil-fatti. Fl-2018, il-Malta Today tellgħet storja kontra David Casa. Akkużatu li jieħu l-kokaina. David Casa rreagixxa li kien ser jifta’ libell kontra Malta Today, biss dan il-libell qatt ma fetħu.  Ara llum il-media tal-bonisti ma titkellimx fuq dawn il-fatti.

Biss l-artiklu tiegħi mhux dwar jekk David Casa jieħux il-kokaina jew le. Dik affari tiegħu. Biss matul il-kampanja tal-Elezzjonijiet Ewropej, din l-istorja kienet ser tingħata mbuttatura u tintuża għall-skop politiku biex tagħmel ħsara lil David Casa. Dan sar min xi ħadd jew xi uħud minn wara dahar il-kap tal-Partit Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien Adrian Delia. Kieku vera Adrian Delia kien qiegħed jaħdem biex iwaqqa’ lil David Casa, kien joqgħod kwiet, kif qed joqgħod kwiet illum Bernard Grech, u kien iħalli kollox għaddej.

Matul il-kampanja elettorali Ewropeja, minn wara dahar Dr. Delia kienu saru numru ta’ posters b’messaġġ ċar kontra David Casa. Dawn saru biex jittellgħu fil-pubbliku. Dawn il-posters kienu juru isem David Casa u l-kliem il-linji bojod. Il-kliem linji bojod kien messaġġ  ċar għall-istorja ppubblikata xhur qabel fil-Malta Today. Kollox kien miftiehem u bdew jitwaħħlu dawn l-istreamers bil-lejl f’postijiet strateġiċi.

Kienu ġa twaħħal streamers faċċata tal-isptar Mater Dei,  oħrajn ħdejn Bieb il-Bombi, u oħrajn ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u ieħor ħdejn il-Pavi. B’kollox kienu ġa twaħħlu sebgħa. B’hekk kienu twaħħlu tnejn ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata, tnejn ħdejn il-Bieb tal-Bombi u tnejn ħdejn Mater Dei u wieħed ħdejn il-Pavi. Meta Adrian Delia sar jaf b’dawn l-istreamers, li kien ftit wara li bdew jitwallħu fuq inizzjattiva privata, bħala Kap tal-Partit, kien bagħat nies biex ineħħuhom mill-ewwel.

Għal xi raġuni jew oħra din l-istorja ma niftakarx li ħarġet fil-media jew injorat li tagħtihom pubbliċita’.

Għalhekk toħroġ l-ipokresija tal-media li llum tmexxi storja kontra Dr. Delia u timplika li dan kien qed jaħdem kontra David Casa. Dan hu biss ingann. Il-verita’ hija li Dr. Delia dejjem ħadem b’mod leali lejn in-nies kollha tal-Partit Nazzjonalista, anki lejn David Casa, anki meta n-nies jew aħjar kanvassers tal-istess David Casa ħadmu biex jaraw li kandidati oħrajn Nazzjonalisti, li kienu mitqiesha mhux man-naħa ta’ David Casa, ma jitilgħux. B’hekk dan għen biex il-PN jitlef it-tielet siġġu. Biss din hija storja oħra.

Biss kif għidt l-istorja trid il-provi. Qed inġib ritratt ta’ wieħed mill-istreamers li kienu saru u li kienu ġa bdew jitwaħħlu imma nġabru fuq ordni ta’ Dr. Adrian Delia. Issa kulħadd jista’ jiġġudika min verament ried l-għaqda fil-Partit u min ma ridhiex. Fil-Malti hemm qawl biex jirrifletti dan kollu. Bejn kliem u fatti hemm baħar jikkumbatti.  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *