Godfrey Grima jitkellem dwar l-istqarrija li ħargu Repubblika favur l-Assistent Avukat Ġeneral Philip Galea Farrugia u kontra tiegħi
Nhar l-10 ta’ Frar, il-Grupp Repubblika ħarġu stqarrija biex jitolbu protezzjoni għall-Assistent Avukat Ġenerali, Philip Galea Farrugia. Dan sar wara li jien ktibt artikli dwar l-operat ta’ dan l-Assistent Avukat Ġenerali u artiklu relatat mal-operat tas-Servizz Sigriet Malti. Il-ġurnalista veteran, Godfrey Grima, għamel numru ta’ posts fuq il-Facebook Page tiegħi fuq din l-istqarrija ta’ Repubblika. Grima qies din l-istqarrija bħala tixwix kontra l-ġurnalisti. Qed inġib tnejn mill-posts li tella’ Godfrey Grima fuq il-Facebook page tiegħi.

