Repubblika titlob lill-Prim Ministru biex jipproteġi lill-pulizija minni

Advertisements

Illum l-għaqda Repubblika ħarġet stqarrija biex titlob lill-Prim Ministru Robert Abela biex jagħti protezzjoni lill-pulizija u lill-membri tal-uffiċju tal-avukat ġenerali mill-attakki tiegħi.

Sa fejn naf jien qatt ma attakkajt lill-ħadd. La qatt garajt boldijiet jew boroż bil-bewl lejn Kastilja. La qatt assaltajt il-Parlament. L-anqas qatt ma organizzajt demostrazzjonijiet vjolenti.

Kull ma għamilt u nagħmel huwa li nikteb. Nipprova anki nikteb b’mod ċivili mingħajr ma ngħajjar lil ħadd.

Biss milli jidher għax qed nikteb u nagħmel kif kienet tagħmel Daphne Caruana Galizia, jiġifieri neżerċita d-dritt tal-espressjoni tiegħi, sirt ta’ periklu għall-pulizija. Minflok, il-pulizija joffru protezzjoni lili, jridu li l-istat jipproteġihom minni. Sirt ta’ periklu anki għan-nies li jaħdmu fl-uffiċju tal-avukat ġenerali.

Jekk din mhix tad-daħq spiċċat tal-biki. Qatt ma kont naf li jien inwerwer in-nies daqshekk.