Strateġija tat-terrur kontra Dr. Gianluca Caruana Curran and Dr. Charles Mercieca
Illum ser tibda tinstema l-kawża kontra Dr. Gianluca Caruana Curran and Dr. Charles Mercieca. Dawn iż-żewġ avukati ser jiġu akkużati b’tixħim. Fi kliem ieħor, dawn qed jiġu akkużati li ppruvaw ixaħħmu lill-ġurnalista ta’ The Times, Ivan Martin biex jikteb artikli favur Yorgen Fenech.
Imma biex wieħed jibda jifhem x’inhu għaddej, wieħed irid jifhem x’hemm wara din il-kawża. L-ewwel jekk dawn iż-żewġ avukati żgħar jinstabu ħatja, dawn jitilfu l-warrant. Fi kliem ieħor dawn ma jkunx jistgħu jibqgħu jipprattikaw aktar ta’ avukati.
It-tieni. Jekk dawn ma jistgħux jipprattikaw ta’ avukati, Yorgen Fenech jispiċċa mingħajr avukati difensuri. Infakkar, li l-familja Fenech kellha diffikulta’ kbira biex issib avukat biex jiddefendi lil Yorgen Fenech, tant li kienet ser ikollha taqa’ għall-avukat tal-għajnuna legali, anki jekk din hija familja li tiflaħ tħallas. Dan qed ngħidu biex nuri xi stat ta’ terror ġie kkreat f’dan il-każ, fl-attentat iddisprat biex, akkust ta’ kollox, Yorgen Fenech jinstab ħati.
Biss l-istrategija ta’ terror ma tieqaf hawn. Nixtieq infakkar f’dak li s’issa nafu. Skont kif ġie rrappurtat kien Gianluca Caruana Curran li offra flus lil Ivan Martin waqt li Charles Mercieca ma tah l-ebda flus. Iżda dawn il-flus ġew offrut lil Ivan Martin wara li dan kiteb lil wieħed miż-żewġ avukati fejn offra is-servizzi tiegħu. Mela fejn hu t-tixħim f’dan il-każ?
Biss x’għamlu l-pulizija? L-akkużi ta’ tixħim ma ħarġuhomx biss kontra Gianluca Caruana Curran; l-anqas Charles Mercieca ġie mixli b’kompliċita. Le. It-tnejn ġew akkużati bl-istess akkuża ta’ tixhim. Għalfejn sar dan? Dan sar biex l-ebda wieħed minnhom ma jkun jista’ jixhed favur l-ieħor. F’każ li jaċċettaw jixhdu, iridu jixhdu għalihom biss. Qed ngħid dan għaliex huma, bħala akkużati, jistgħu anki jirrifjutaw milli jixhdu.
L-istorja ma tieqafx hawn. Infakkar li f’dan il-każ, il-pulizija malajr irreaġixxit u resqet lil dawn iż-żewġ avukati abażi ta’ dak li qal Ivan Martin. Imma abażi ta’ dak li qal Melvin Theuma fuq Keith Schembri u abażi tar-recordings li għandu Melvin Theuma u fihom jissemma’ Keith Schembri, il-pulizija ma resqitx lil Keith Schembri l-qorti. Anzi neħħietu minn fuq il-police bail.
Infakkar ukoll li din l-istorja, l-ewwel li ġiet imxandra kienet mill-media tal-isqfijiet. Din il-media tal-isqfjiet qalet li l-avukat ġenerali kien ser jibda proċeduri kontra dawn iż-żewġ avukati, mingħajr ma tat l-isem ta’ min hu dan l-avukat ġenerali li skont din il-gazzetta beda dan il-proċeduri. Ma nagħmlux mod li dan l-avukat ġenerali hu ħabib dak l-avukat li mar iqatta’ lejl fuq il-qabar ta’ Kristu hux?
Imbagħad iddaħħlet fin-nofs l-assoċċjazzjoni tal-ġurnalisti. Ara fuq l-attakk kontra Glen Falzon mill-kap Nazzjonalista, l-assoċċjazzjoni tal-ġurnalisti ma qalet xejn.
Biss l-istorja ma tieqafx hawn. Infakkar li Dr. Gianluca Caruana Curran ġej minn żewġ familji kbar fil-qasam ġuridiku Malti, jiġifieri minn dik ta’ Demarco u dik tal-Caruana Curran. Charles Mercieca wkoll ġej minn familja kbira Laburista, għaliex missieru hu ex-segretarju parlamentari ta’ Joseph Muscat. Il-Fenech huma jew kienu wkoll potenti. Biex qed ikunu attakkati hekk dawn l-avukati żghir mill-pulizija jfisser li hemm interessi aktar b’saħħithom minn dawn il-familja kollha f’daqqa. Fi kliem ieħor, il-pulizija qedha tiddefendi xi ħadd jew x’uħud li huwa aktar b’saħħiethom.