Min kienet il-kumpanija jew persuna li tat il-parir lill-Knisja biex ma tieħux donazzjoni ta’ nofs miljun euro?

Il-fatt li l-Knisja rrifjutat l-offerta magħmula minn Dr. Adrian Delia f’isem Catco ġabet ħafna mistoqsijiet għall-istess Knisja. Wieħed jifhem li biex il-Knisja wasslet għal din il-konklużjoni li tirrifjuta din l-offerta ġeneruża għamlet dan wara due diligence li sar bir-reqqa. Sa hawn mhux problema. Kulħadd għandu jgħidilha prosit.

Biss hemm mistoqsija li trid issir lill-Knisja. Ara fuq dan il-punt, il-media tal-isqfijiet għadha ma kitbet xejn. Wieħed jistenna li dan id-due diligence sar minn kumpanija ta’ awditjar serja u tal-affari tagħha. Wieħed jistenna li wara dan il-parir kien hemm involut awditur serju. Mela l-mistoqsija li trid issir hija din.

Min hi l-kumpanija tal-awditjar li għamlet dan id-due diligence? Għaliex l-isem ta’ din il-kumpanijali għamlitu għadu ma deher imkien. L-anqas l-isem tal-persuna għadu ma ssemma. Għall-inqas, jien għandi ma rajtux. Tiftaħar illum qed tiftaħar tant bi trasparenza. Fejnha it-transparenza f’dan il-każ? Għaliex il-Knisja ma hix trasparenti dwar dan? Jekk il-Knisja trid tibda tittieħed bis-serjeta’ għandha issemmi l-persuna li kienet fdatha b’dan il-proċess ta’ due diligence. Kull kumpanija serja terfa’ r-responsabilta’ tar-rapporti u l-konklużjoniiet tagħha. Ma naħsibx li dan id-due diligence sar minn xi ħadd voluntier. Biss anki jekk sar minn voluntier, bħal voluntiera kollha, dan ma għandux jibża jerfa’ responsabilita tiegħu.

Quddiem din l-istorja kollha rċevejt dan il-messaġġ dwar Adrian Delia li jien qed naqsmu magħkom.

Quddiem riflessjoni bħal din aktar isir importanti biex l-Knisja tgħid ċar u tond min għamel dan id-due diligence u min kienet il-kumpanija jew persuna li tat dan il-parir biex id-Dar tal-Providenza ma tieħux din l-għotja.

One comment

Leave a Reply