Survey ieħor illum dwar Bernard Grech: riskju ċar li s-surveys jitilfu l-kredibilita’ tagħhom

Jidher li s-surveys ser jibqgħu jsiru u jkunu magħmula kull ġimgħa. Wara li l-ġimgħa l-oħra, Vince Marmara  ħareġ bis-survey tiegħu, li kkontradixxa lil dak tal-Malta Today li kien sar fix-xahar ta’ Jannar, illum il-Malta Today tat survey ieħor. Din id-darba ffukat fuq iż-żewġ mexxejja għaliex dan hu punt li fih, jidher li Bernard Grech jista’ jgħid li kiseb xi riżultati. Dan joħroġ mis-surveys passati. Biss l-impressjoni li ħalla fuqi dan l-istħarriġ huwa li sar b’għan biex titmexxa ’l quddiem il-kampanja favur l-immaġni ta’ Bernard Gerch.

Mela skont dan is-survey, id-distakk ta’ fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja, jiġifieri Bernard Grech u Robert Abela, niżel għall-6.6 points. Infakkar li skont is-survey ta’ Marmara, id-distakk kien wieħed ta’ 19.5% bejn il-mexxejja ewlenin. Distakk ma jistgħax jinżel daqshekk fi żmien ġimgħa.

Pero’ hemm fattur f’dan is-survey tal-Malta Today. Għal darba oħra, dawk li mhux ser jivvutaw jew ma wrewx opinjoni reġgħu mhux inklużi fl-analiżi ulterjuri.

B’hekk meta tqies dan il-fattur, tinduna li ż-żieda għal Bernard Grech u t-tnaqqis għal Robert Abela huma marġinali u faċilment jistgħu jaqgħu taħt il-margin of error. Pero’ dak li jista’ jingħad li t-trend bejn it-tnejn qegħdha tiġi ikkonsolidata ma kull survey li qed isir.

Dak li hu interessanti imma u li ħadd ma qed jitkellem dwaru huwa dak li ħareġ dwar iż-żewġ partiti. It-tnejn wrew tnaqqis, anki jekk marġinali.

Mhux biss qed isiru ħafna surveys f’xahar, biss b’dawn ir-riżultati, is-surveys ser jibdew jitilfu l-valur tagħhom.

Il-biża’ tiegħi hu li l-uniku mottiv ta’ dan l-istħarriġ tal-Malta Today li jipprova jgħin biex tingħata imbuttatura l-immaġni politika ta’ Bernard Grech.

B’hekk naqbel ma’ dak li kitbet il-Malta Independent, kumbinazzjoni fil-ħarġa tal-lum. Bħal Malta Independent, nista’ ngħid li meta tiġi elezzjoni, dawk li jkun eżatti ser iżidu fil-valur waqt li dawk li ser ikunu żballjati ser jitilfu l-valur tagħhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *