Stqarrija ta’ Adrian Delia wara li ġie rrifjuta l-offerta ta’ nofs miljun euro
Għal darb’oħra hawn min anke fl-iktar ġest sinċier biex din id-darba nipprova ngħin lil min l-iktar għandu bżonn ippruvaw iħammġu u jzebilħu.
Il-fatti huma:
Fil-jum tal-Istrina għamilt sforz biex inġabru €2,000 mingħand diversi nies. Ressaqt id-donazzjoni u ngħatajt l-irċevuta. Fil-ġranet bejn l-istrina u l-ewwel tas-sena nġabret mingħand diversi persuni €22,775 flimkien ma’ €1,500 oħra li wkoll ġew aċċettati u ngħatajt l-irċevuta. Dawn inġabru minn persuni u kumpaniji għal għan nobbli, li minn hawn nirringrazzjahom.
Fl-istess jiem ġejt avviċinat minn kumpanija barranija li wegħdu s-somma ta’ €500,000. Wara li stħarriġt dwar min huma, aċċettajt li nressaq din il-wegħda li għamlu f’isimhom.Wara l-istqarrija tad-Dar tal-Providenza, li kienet qed tagħmel il-verifiki tagħha, tlabt risposta dwar dan mingħand dil-kumpanija. Jien ma ħadt ebda flus jew xi gwadann personali.
Ma rċevejt ebda flus personali u ma ħriġt ebda ċekk minn tiegħi jew f’ismi u allura qatt ma setgħa kien hemm ċekk li ġie rifjutat.Għalkemm kien hemm min, anke fil-midja li riedu biss jitfgħu xi dubju, minix se nieqaf ngħin u naħdem għal min għandu bżonn, għal min jinsab fil-bżonn.U għal min irid biss jagħmel ħsara se nibqa’ nwieġeb b’iktar ħidma