Skont Jason Azzopardi, Adrian Delia inganna lid-Dar Tal-Providenza
Wara li sar magħruf li l-Knisja irrifjutat l-pledge ta’ nofs miljun euro lid-Dar tal-Providenza, Jason Azzopardi kiteb messaġġ fuq Facebook. F’dan il-messaġġ, Jason Azzopardi qal li Adrian Delia inganna lid-Dar tal-Providenza u lir-residenti u l-volontiera tagħha meta tahom dik id-donazzjoni.
Imma kemm hu minnu dan? Bħala avukat, Azzopardi jaf li dan mhux minnu. Il-fatt li dan mhux minnu, mhux qed ngħidu jien, iżda qed jgħidu avukat ieħor John Bonello. Bonello kiteb hekk:
“Newsbook qed jirrapurtaw li d-Dar tal-Providenza irrifjutat donazzjoni ta’ Eur500k peress li min taha ma ppreżentax id-dokumenti biex ikunu jistgħu jagħmlu d-due diligence.
Huwa minnu li hemm periklu ta’ “money laundering” bl-użu ta’ strutturi li jidhru bħala organizazzjonijiet ta’ karità imma żgur ma jgħaddi minn moħħ ħadd li jekk X ta donazzjoni lid-Dar tal-Providenza, dawn se jaħsluhielu u jrodduhielu lura. Jekk tara r-rapporti tal-OECD tifhem li r-riskju tal-money laundering mhux qiegħed fid-donazzjoni lid-Dar tal-Provvidenza.
Mela dan iġibni għall-konklużjoni li JEW id-Dar Tal-Providenza mgħandhiex bżonn flus JEW li jridu jżebilħu lil Adrian Delia.”
Biss meta tara l-mod kif Newsbook, li hija l-media tal-isqfijiet, irrappurtat din l-aħbar, tinduna li din id-deċiżjoni li d-Dar tal-Providenza ma taċċettax din id-donazzjoni ma tteħditx mid-direttur tad-Dar, il-ħabrieki Fr. Martin iżda minn persuni jew persuna għola minnu.
Naħseb wara din l-ispjegazzjoni ta’ l-avukat Bonello, tafu min verament issa min ried jinganna lin-nies.
