Id-Dar tal-Providenza, Godfrey Leone Ganado, Charles J. Scicluna u Adrian Delia.

Kumment minn osservatur politiku

Illum ħarġet l-aħbar li d-Dar tal-Providenza irrifjutat id-donozzjoni ta’ nofs miljun euro mogħtija minn Catco fuq l-inizzjattiva ta’ Adrian Delia. Infakkar li meta Adrian Delia ta’ din id-donazzjoni, Godfrey Leone Ganado tella’ post biex jistaqsi dwar jekk sarx due diligence wara din id-donazzjoni. Fl-opinjoni umli tiegħi, quddiem din it-talba u d-diskorsi li bdew jsiru mill-media qrib il-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia, dwar din id-donazzjoni, dak li kellu jagħmel Adrian Delia kien li jirtira l-offerta. Fuq kollox, Kristu stess stqarr li min ma jilqagħkomx, kif il-knisja ma leqgħatx lil Adrian Delia, dak li kellu jsir hu li Adrian Delia ifarfar it-trab ta’ saqajh biex ma jkollux x’jaqsam aktar magħha!

Biss waqt li l-Knisja tieħu l-pariri ta’ Leone Ganado, fl-istess waqt qatt ma kellha xi kelma kontra minn qed jobżoq minn ħalqu kliem kattiv, diaboliku, imxajtan u estrem li lanqas tkun trid temmen dak li tkun qed taqra jew tisma’.

Huwa aċċettabli li tfakkar lil kulħadd li sar delitt faħxi. Huwa tajjeb li tfakkar li t-talb jagħti l-għajnuna bżonnjuża kemm għall-vittma kif ukoll għall-familjari tagħha. Huwa tajjeb li tfakkar il-makabrita tad-delitt u titlob il-ġustizzja neċessarja mingħajr telf ta’ żmien. Biss ma hu aċċettabbli qatt li flok tagħmel dawn l-affarijiet tuża kliem dispreġġjattiv li lanqas għandu jiġi ndirizzat lejn persuna misjuba ħatja u kkundannata, aħseb u ara lejn xi ħadd li s’issa l-ġustizzja għadha ma waslitx li tikkundannah.

Kemm hu ikrah li tħalli l-moħħ jabbanduna kull sens ta’ bilanċ. Aħna għalina l-insara d-dagħa huwa xi ħaġa mistmerra, imma mpoġġu fuq l-istess livell kitba goffa li taqbeż kull limitu uman. Il-bniedem jista’ jkun mweġġa’ u mkisser imma ma jistgħax jaqbad u jparla u jispara fuq in-nies qisu qed jitkellem fuq nies bla ruħ. Ma jistgħax jikkundanna u jasal għal ċertu konklużżjonijiet li l-qrati għadhom ma waslux għalihom.

Quddiem il-qrati, fis-sistema ġuridika tagħna, kull bniedem huwa innoċenti sa x’ħin misjub ħati. Mela kif jista’ xi ħadd jagħmilha ta’ l-imħallef u jasal għad-deċizzjonijiet tal-ġurija. Dan li ġej huwa meħud minn kitba ta’ bniedem struwit, edukat, gradwat u bniedem b’ħafna żmien ta’ ħidma fl-għola livelli.

Joseph Muscat, Keith Schembri, Yorgen Fenech are bloody bastards. Their place is in a miniscule prison cell, with a 24/7 projection of this macabre scene, on the four walls and the ceiling of their prison cell. How can Michele Muscat appear in public to boost her image, when she should be crouching in a corner with the guilt of her spouse, if not her’s implicitly as well!!!!”

Din hija miktuba minn Godfrey Leone Ganado.

Sfortunatament mhux l-ewwel darba li dan ir-raġel qabeż kull limitu ta’ diċenza. Mhux l-ewwel darba li tawwal ilsienu u tfixkel f’kitbietu. Mhux l-ewwel attakk ta’ ħdura li ma tpaxxilekx għajnejk imma għall-kuntrarju tnissillek stmerrija. X’ġid qed jagħmel b’dan it-tip ta’ diskors?

Jekk qed jaħseb li qed iħammeġ qed jitħammeġ. Jekk qed jaħseb li għandu raġun hu totalment żbaljat. Jekk qed jaħseb li qed iġib simpatija għall vittma qed iġib stmerrija. Jekk qed jaħseb li qed jgħin fil-ġlieda għall-ġustizzja qed joħloq aktar intoppi. Jekk qed jaħseb li qed ikattar l-imħabba għandu garanzija li qed ilaħħam il-mibgħeda.

L-aħħar kelma tmur għall-mexxejja ekklesjastiċi, b’mod partikolari l-arċisqof Charles J. Scicluna. Ma huwiex dehen li bniedem bħal dan li tilef kull sens ta’ raġuni jitħalla (fil-każ li għadu) jieħu f’idejh l-ostja mqaddsa biex iqarben. B’din l-attitudni tal-knisja, tax-xejn m’hu xejn, qed tberred, qed tbiegħed, qed tnaqqas, qed titlef mill-merħla tagħha. L-eżempju jkaxkar u meta jsir minn fuq l-artal irid ikun eżempju tajjeb u preċiż li ma jħalli ebda dubbju jew stmerrija fuq id-devoti.

One thought on “Id-Dar tal-Providenza, Godfrey Leone Ganado, Charles J. Scicluna u Adrian Delia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *