Aġġornament: l-elezzjoni għall-Kumitat Sezzjonali ta’ Ħal Qormi ser issir nhar is-Sibt 13 ta’ Frar.

Wara li l-bieraħ ktibt dwar is-sitwazzjoni ġewwa Ħal Qormi, issa nista’ nikkonferma li l-elezzjoni tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ġewwa din l-lokalita’ ser issir nhar is-Sibt 15 ta’ Frar 2021. L-elezzjoni ser tibda 10 ta’ filgħodu u tibqa’ sejra sal-5 ta’ wara nofs in-nhar.

Il-kandidati f’din l-elezzjoni huwa maqsuma jew aħjar mbuttati minn żewġ deputati u kandidat emerġenti fuq id-distrett, jiġifieri hemm id-deputati Clyde Puli u Ryan Callus. Imbagħad hemm Jerome Caruana Cilia. Kull wieħed minnhom qed jaħdem biex ikollu persuni tal-fiduċja tiegħu fuq dan il-kumitat. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Anzi din hija tajba f’sistema politika.

Biss kontra dak li ġara f’Tas-Sliema, il-kandidati fuq din il-lokalita’, waqt li qed jaħdmu biex jitilgħu, mhux qed jgħajru jew jagħmlu xi block vote, għall-inqas b’mod apert jew jgħidu lil tan-naħa l-oħra li huma mhux Nazzjonalisti ta’ vera jew kontra l-kap preżenti. Anzi kienu magħquda meta nqala’ l-każ li wieħed minnhom tħalla barra mill-polza tal-vot.  

Michale Piccinino kellu jammetti mal-kandidati għal din l-elezzjoni li din l-elezzjoni kellha titħassar minħabba żball amministrattiv. Biss sal-lum, ħadd għadu ma ħa rresponsabbilita’ tiegħu.   

Leave a Reply