Where your opinion counts

Aktar inkwiet għall-Partit Nazzjonalista – issa ġewwa Ħal Qormi

Waqt li hu fatt magħruf li l-Partit Nazzjonalista qed jaffaċċja nkwiet  serju ġewwa Tas-Sliema u anki Bormla, għandu nkwiet ieħor ġewwa Ħal Qormi.


Infakkar li f’Ħal Qormi, il-Partit Nazzjonalista kellu jwaqqaf l-elezzjoni interna li kienet qed issir is-Sibt wara li nstab li kien hemm kandidat nieqes minn fuq il-polza tal-vot.

Illum nista’ niżvela li meta ġara dan il-każ, il-Kummissjoni Elettorali Interna riedet twaqqaf l-elezzjoni għall-ftit minuti biss. Ma riditx tħassar kompletament l-elezzjoni. Riedet biss waqfa temporanja sakemm jiġu stampati poloz ġodda tal-votazzjoni. Tant kemm dan hu minnu, li f’dak il-jum tal-votazzjoni, fil-10.55 ta’ filgħodu, persuna responsabbli mill-Partit Nazzjonalista għal dawn l-elezzjonijiet u membru femminili fil-Kummissjoni Elettorali Interna marru jiġru l-istamperija biex jiġu stampati l-voti ġodda. Iżda l-kandidati ftehmu bejniethom u ma riedux li dan iseħħ u kellhom raġun.

Kieku sar kif riedu dawn il-persuna kien jikber aktar it-taħwid. Min-naħa tagħhom, dawn il-persuni kienu qed jaġixxi fuq istruzzjonijiet minn fuq. Kif ħadd ma staqsa x’kien ser jiġri mill-voti ta’ dawk li kienu leħqu vvutaw? X’kien ser jiġri mill-voti mitfugħa? Dawk li leħqu vvutaw kienu ser jerġgħu jintalbu biex jiġu jivvutaw? U min kien ser jinformahom?

Issa wieħed jifhem għala dan is-suġġeriment li l-elezzjoni titwaqqaf għal ftit sakemm jiġu stampati poloz ġodda ma ntlaqgħax tajjeb mill-kandidati. Dawn baqgħu jinsistu ma’ Peter Fenech li kellha tiġi posposta għall-ġurnata oħra bħalma fil-fatt ġara.

S’issa il-ġurnata ta’ meta ser issir din l-elezzjoni għadha mhix magħrufa. Dak li nista’ niżvela li ġie issuġġerit li l-elezzjoni issir bejn 22 u 27 ta’ Frar, iżda għad ma hemm xejn ikkonfermat. Dak li hu l-aktar importanti li s’issa ĦADD għadu ma ħa r-responsabbilta’ ta’ dan l-iżball amministrattiv li ħoloq kaos sħiħ u kixef id-disorganizzazzjoni interna li hemm fil-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tagħhom il-kandidati ġewwa Ħal Qormi għadhom qed jistennew li xi ħadd jerfa’ r-responsabbilta’ ta’ din l-istorja. Il-kandidati li kellmuni qed jinsistu li xi ħadd irid jieħu risponsabbli għal dan l-iżball u jekk hemm bżonn, min hu risponsabbli għandu jirriżenja.

One thought on “Aktar inkwiet għall-Partit Nazzjonalista – issa ġewwa Ħal Qormi

  1. Xtaqt, kieku aktar dettalji dwar din l-elezzjoni biex wieħed ikun jista jikkalkula l-implikazzjonijiet ta’ dan l-iżball. Ngħidu aħna kemm kien hemm nominazzjoniet għal kemm il-post. Fejn kienu ġew stampati l-voti.
    Hemm xi suspetti fuq xi ħadd li kellu mottivi ulterjuri. Min kien il-persuna responsabbli għall-lista li ntbagħtet lill istampatur. Mhux bilfors li żball bħal dan jimplika firda jew taħwid. Bil-paniku, anke b’kitbietna nistgħu inżidu jew nivvintaw it-taħwid.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *