Beppe Fenech Adami u l-arroganza politika

Kumment minn osservatur politiku

Meta mistoqsi minn One News dwar dak li ġara ġewwa Tas-Sliema, Dr Beppe Fenech Adami qal lil dawn li rtiraw mill-elezzjoni li dik hija ‘affari tagħhom’. Dan hu kumment li juri biss arroganza li hemm bħalissa fil-Partit Nazzjonalista.  Minflok ex-viċi-kap ta’ Partit Nazzjonalista jitfa’ ilma fuq l-nar, jitfa’ aktar ħatab lill-istess nar.  

It-tweġiba tagħhom fuq livell politiku hija din. Jien għid lil Beppe Fenech Adami li hija affari tagħhom u kif. Mhux ser jindaħal hu x’jgħidu! Mhux ser jgħidlhom hu x’għandhom jagħmlu! Hekk nibqgħu. Ara veru kunjomok biss għandek ta’ rilevanza grazzi għall-għażiż Dr Eddie Fenech Adami.

B’risposta bħal dik lanqas int dehen li titkellem u tmur kontra dak kollu li kien jagħmel missierek. Eddie kien kontinwament jimlina bil-kuraġġ u jitkellem għalina. Kien jiġri wara kulħadd u jikkonvinċi lil kulħadd. Ara inti kull ma int kapaċi tagħmel hu tkeċċi lin-Nazzjonalisti mill-Partit tagħhom stess.

Nafu ħafna laburisti li fi żmien Eddie qalbu l-vot tagħhom wara li tkellmu miegħu u fehmu l-viżjoni tiegħu. Int x’viżjoni għandek għal pajjiżek? Int x’qed tagħmel għall-Partit? Int kif qed tgħinu lill-Partit? Kull ma qed tagħmel huwa li tkompli tbiegħed in-nies mill-Partit. Kull ma qed tagħmel hu li tkompli xxerred kliem ta’ diviżżjoni. Għidtilna li qed tagħmel il-house visits f’dawn il-jiem u saħansitra semmejtilna kemm kellek iddur djar.

Għaliex għall-elezzjoni li ġejja ħassejt li għandek tibda tagħmel il-house visits fejn qatt ma għamilthom qabel? Tgħid qed tibża’ mill-preżenza ta’ Dr Adrian Delia fuq il-lista ta’ kandidati fuq Birkirkara? Tgħid mort tgħidilhom lil min jivvutaw fil-kumitat ta’ Birkirkara? Tgħid mort tkompli xxerred il-valenu kontra kandidati oħra bħal ma għamilt fl-aħħar tlett snin? Tgħid mort tgħidilhom li għall-kbir Beppe, Dr Delia ma kienx il-Kap? Tgħid mort tgħidilhom li fi żmien missierek kull deputat, jaqbel jew ma jaqbilx, kien jirrispetta l-Kap tiegħu u kien jitkellem favur id-deċizzjoni li tkun ittieħdet fil-grupp parlamentari? Tgħid mort tgħidilhom kemm tħobb l-għaqda?

Ara veru ma tafx tistħi. Ara veru arroganti. Huwa veru li affari tagħhom li jirtiraw. Huwa affari tagħhom ukoll li jxerrdu l-kelma dwar il-pulċinelli li għandna fil-grupp parlamentari. Jien nawgura li dawk il-kandidati li għamlu l-affari tagħhom jagħmlu l-affari tagħhom ukoll minn issa sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Int Beppe tagħmel il-house visits u lil min offendejt jagħmlu l-facebook visits u jagħmlu dak li hu affari tagħhom u jagħmlu ħilithom biex int titwarrab mill-parlament. Ħa tiftakru dan l-avukat min hu. Tiftakruh fl-eżekuttiv tal-partit joffendi bi kliemu u jgħid li qed jara iljunfant fil-kamra tal-eżekuttiv. Issa kemm il-iljunfant qed tara Dr Fenech Adami? Għidilna jekk għadux wieħed l-iljunfant jew sarux iżjed l-iljunfanti?

Forsi tgħidilna wkoll għalfejn qed tiltaqa’ ma’ numru ta’ deputati u persuni oħra. Dr Grech jaf bihom dawn il-laqgħa? Għidilna hux qed tipprepara xi konfoffa oħra? Ara veru ma tafx tistħi. Dak li għamlu huwa affari tagħhom, dak li ser jagħmlu huwa affari tagħhom ukoll. Il-missier tana Partit sħiħ u magħqud. L-iben kisser dak kollu li għamel missieru. Ara veru li meta tiret xettru mhux dejjem tkun taf iżżommu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *