Skont Matthew Vella d-differenza bejn is-survey tal-Malta Today u dak ta’ Vincent Marmara hija minima

Matthew Vella, l-editur preżenti tal-Malta Today kiteb artiklu biex jiġġustifika għala s-survey tal-Malta Today huwa kredibilli wara li l-konklużjoni ta’ dan is-survery varjat mis-survey ta’ Vincent Marmara. Mill-mod kif Matthew Vella kiteb l-artiklu tiegħu, jidher li qed jaċċetta li Vincent Marmara għandu raġun. Skont Matthew Vella, id-differenza bejn iż-żewġ surveys hija minuri u dan is-survey jagħti “tiny boost” lill-Lejber.

Biex niddefendi s-survey tal-Malta Today, jekk wieħed iħares fid-dettall lejn iż-żewġ surveys, fil-fatt qegħdin jagħtu stampa simili ħafna, aktar milli jidher at first glance. Mela fuq dan il-punt, Matthew Vella għandu raġun.

Ir-‘raw data’ miġbura hija fil-fatt simili ħafna. Id-differenza hija fl-interpretazzjoni ta’ din id-data u fil-mod kif inħadmet. Is-survey tal-Malta Today qiegħed jeskludu s-sezzjoni ta’ ‘Ma Nafx’ mill-analiżi ulterjuri tiegħu, filwaqt li f’dak tat-Torċa, dawk li ddikkjaraw li ma jafux qegħdin iqassmu fil-proporzjon tal-preferenzi li taw lilll-partiti.

L-“assumption” tat-Torċa hija illi iktar, fl-opinjoni tiegħi, qrib il-verita’. Għaliex meta tersaq l-elezzjoni, dawk li jiddikjaraw li ma jafux, ħafna minnhom, jispiċċaw jivvutaw. Normalment dawn jinqasmu skont il-proporzjoni tal-preferenzi ddikkjarti minn dawk li jkunu ser jivvutaw.

Fuq livell personali, jien naqbel ma’ din l-assunzjoni u hija aktar assumption prattika. Infakkar li normalment, meta jsiru dawn is-surveys, din l-assumption għandha tinżamm u ma tkunx injorata kompletament mill-analiżi li ssir.

Mela l-mistoqsija hawn hija għaliex din l-assumption ġiet injorata mill-Malta Today?  Dan wassal biex sar ħafna għejdut wara li kien ippubblikat dan is-survey fl-10 ta’ Jannar mill-Malta Today ġewwa l-istess Dar Ċentrali. Żgur li kien interpret favur Bernard Grech.

Biss dak li ħareġ minn dawn iż-żewġ surveys huwa kif in-numri jistgħu jkunu manipulati mingħajr ma tkun mbagħbsa r-‘raw data’ miġbura u dan isir biex tingħata għajnuna jew buttatura favur jew kontra persuna fil-politika. Imbagħad il-kredibilita’ tintrebaħ min dak, fl-aħħar mill-aħħar, meta ssir l-elezzjoni joqrob jew jagħti eżatt ir-riżultat elettorali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *