Il-Whip tal-Partit Nazzjonalista jibgħat ritratt mit-Torċa tas-survey fuq Bernard Grech u jitlob lid-deputati Nazzjonalisti biex itellgħuh fuq il-Facebook page tagħhom

Wara li l-gazzetta Kulħadd u anki t-Torċa ppubblikaw is-survey magħmul minn Vincent Marmara, il-whip tal-Partit Nazzjonalista bagħat ir-riżultat ta’ dan is-survey fuq Bernard Grech lid-deputati Nazzjonalisti u talabhom biex jixxerjawh fuq il-Facebook Page tagħhom. Ma hemmx dubju, li l-whip kien qed isegwi ordnijiet mogħtija lilu minn Bernard Grech jew mit-tmexxija tal-Partit.

Fuq livell ta’ partit, dan is-survey, ma hu xejn tajjeb għall-Partit Nazzjonalista. Biss fuq livell personali, Bernard Grech jista’ jgħid li s-surveys qed juru li hu sejjer aħjar mill-mexxej ta’ qablu.

Fuq livell politiku, din l-azzjoni mill-Whip Nazzjonalista tista’ jiġi interpretata fuq żewġ livelli.

L-ewwel livell hemm dak li d-deputati qed jintalbu biex jidħqu bil-partitarji Nazzjonalisti. Lill-partitarji Nazzonjalisti jkunu qed jgħidulhom kemm sejrin tajjeb b’Bernard Grech bħala kap għaliex hu baqa’ mixi ‘l quddiem. Imma l-punt ta’ dan is-survey jinsab fil-fatt li l-affarijiet ma huma sejrin xejn tajjeb għall-Partit Nazzjonalista.  Fi kliem ieħor, id-deputati Nazzjonalisti qed ikunu miltuba biex jagħmlu propaganda favur Bernard Grech fuq il-pagna Facebook tagħhom. B’hekk il-partitarji qed jingħataw biss illużjoni kemm sejjer tajjeb il-Partit Nazzjonalista.

Imbagħad hemm it-tieni punt. Il-messaġġ li qed jintbagħat huwa li Bernard Grech jimpurtah biss minnu nnifsu aktar milli mill-Partit Nazzjonalista. Dan hu riklam ħażin għal Bernard Grech. Bernard Grech issa ser jidher li qed jagħmel riklam lill-gazzetta it-Torċa u fl-istess waqt, id-deputati tiegħu stess qed jagħmlu riklam għalih. Id-deputati tiegħu qed ikun imħeġġa jagħmlu “share” ta’ graph minn dan is-survey.

Imma l-konklużjoni aħħarija ta’ dan kollu hija din.  B’messaġġ bħal dan li d-deputati qed ikunu mitluba li jtellgħu fuq il-Facebook Page tagħhom, qed ikunu jgħidu li jekk il-PN jitlef u jidher li ser jitlef bil-kbir, dejjem Bernard Grech jista’ jgħid li mar tajjeb. Mela din it-telfa mhux ħtija tiegħu. Hu mhux ser jassumi l-ebda responsabilita’ tat-telfa elettorali. Din ser ikollhom jassumuha d-deputati.

Dan ser iwassal u dan ġa bdejna narawh, biex id-deputati u anki l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista jispiċċaw jaqdfu għar-rashom. B’hekk ser jintilef kull sens ta’ kolleġġjalita’ tant meħtieġa biex partit fl-Oppożizzjoni jerbaħ elezzjoni.

Leave a Reply