L-elezzjoni sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Ħal Qormi ġiet imħassra

L-elezzjoni tal-kumitat sezzjonali ġewwa Ħal Qormi kellhom jiġu mħassra wara li fuq il-polza tal-vot tħalla kandidat barra.

Il-votazzjoni bdiet normali fl-għaxra u wara li kienu kważi vvutaw mitt ruħ, ġie jivvota missier wieħed mill-kandidati u nduna l-isem tat-tifel tiegħu ma kienx fuq il-polza tal-vot. Dan il-kandidat li ismu tħalla barra hu George Zammit.

F’dan l-istadju nqala’ paniku sħiħ. In-nies kienu ġejjin b’saħħa biex jivvutaw. Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonali, immexxija minn Peter Fenech, kellha tħassar il-votazzjoni. Ir-raġuni mogħtija kiene dik minħabba raġunijiet amministrattivi!

Immaġinaw kieku dan l-iżball jew din in-negliġenza ġrat taħt Adrian Delia. Ara x’kienu jagħmlu? Immaġinaw kieku din ġrat meta s-Segretarju Ġenerali kien Clyde Puli, li hu minn din il-lokalita’? Ara kemm kien jagħmlu conspiracy theories!

Dan jirrifletti ħażin ħafna fuq Bernard Grech. Infakkar li Bernard Grech daħħal diretturi b’pagi enormi fil-Partit Nazzjonalista. U issa, l-anqas elezzjoni sezzjonali surit in-nies dan il-Partit ma għadu fi stat li jorganizza.

Dan hu dak li jiġrilu partit meta jaħseb li l-bażi tista’ tkun injorata għaliex mhux tal-ewwel tier.

Qed inġib il-messaġġ li bih kienu nfurmati li tħassret l-elezzjoni ġewwa Ħal Qormi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *