Komunikat: Disa’ kandidati li kienu ser jikkontestaw l-elezzjoni ta’ għada għall-kumitat sezzjonali jirtiraw in-nomina tagħhom
Dan il-komunikat qed jitwassal f’isem il-kandidati kollha, hawn taħt imsemmija, li għadhom kif irtiraw il-kandidatura tagħhom għall-kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista. Bħala grupp ta’ membri attivi fil-Partit Nazzjonalista, il-kandidatura tagħna preżentatilna opportunita’ biex inkomplu naħdmu, ndaħlu demm frisk u idejat ġodda fil-kumitat sezzjonali f’distrett tant kruċjali għall-Partit.
Huwa għalhekk ta’ dispjaċir enormi meta tara l-kandidatura tagħna tintlaqa’ b’livell ta’ kritika kattiva u estrema li ma kienetx la f’postha u lanqas f’waqtha f’kuntest ta’ elezzjoni ta’ kumitat sezzjonali tal-istess Partit, li ilkoll kemm aħna ngħożżu. Allegazzjonijiet inkitbu fuq il-medja soċjali, bi kliem bħal ‘giddibin’ li nxterrdu min-nies, li sinċerament suppost jafu aħjar. Mhux talli dawn l-allegazzjonijiet huma l-bogħod mill-verita’, imma l-istess allegazzjonijiet ilaħħmu attitudni diviżiva u ostili li ma għadhiex tappartjeni fi strutturi jew skali eletti fil-Partit Nazzjonalista.
F’dan l-istadju, minħabba l-livell ta’ qasma fil-kampanja elettorali, ahna nħossu li ser tkun impossibbli għalina biex nilħqu livell ta’ unita’, impenn u enerġija pożittiva li aħna xtaqna biex inkunu nistgħu nimbuttaw ’il quddiem l-aġenda tal-Partit fil-lokalita’ tagħna. Kull wieħed u waħda minnha ser inkomplu naħdmu fuq livell individwali biex nibqgħu nsostnu lill-Partit Nazzjonalista lilhin mill-ambitu tal-kumitat sezzjonali. Nawguraw kull suċċess lill-kandidati eletti għall-perjodu tenut fil-kumitat. Hemm ħafna xogħol x’isir.
Cassar Torregiani Patricia
Borg Carmel
Borg Emanuel
Borg Mark Anthony Calleja
Francis Saviour
Calleja Lorry
Debono Anthony
Galea Anthony
Pillow John