Lina Wain ħadet għaliha għax ġiet indirizzata bħala l-“mara ta’…”

Lina Wain tellgħet post biex tistaqsi jekk hux etiku li wieħed jindirizza persuna bħala “l-mara ta’…”

Dan il-post tellgħetu fid-dawl tal-kontroversja li nqalgħet wara li Lina Wain mexxiet block vote favur numru ta’ kandidati li huma mitqiesha bħala ta’ Bernard Grech. Wieħed irid jgħid li fost dawk il-kandidati li huma mitqiesa bħala ta’ Bernard Grech u li Lina Wain talbet lit-tesserati Nazzjonalisti ta’ Tas Sliema biex jivvutawlu hemm Kevin Wain. Kevin Wain kien ukoll wieħed minn dawk li mexxa dan il-block vote kontra kandidati oħra sħabu tal-Partit Nazzjonalista. Imma Kevin Wain ma jridhomx għaliex skont hu, dawn ma kienux wara Bernard Grech fit-tiġrija għall-kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fuq kollox, din il-kontroversja kompliet tieħu n-nar peress li llum il-Ħamis filgħaxija hemm seminar online organizzat mill-Partit Nazzjonalista dwar l-etika fil-Politika. Dan is-seminar hu għall-professjonisti membri tal-Partit Nazzjonalista. Wieħed mill-kelliema f’dan is-seminar huwa l-Professur Kenneth Wain.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *