Edwin Vassallo jħalli messaġġ fuq il-Facebook Page tiegħi wara l-kontroversja li qamet minħabba l-intervista li ta’ fil-programm Ilwien
L-Onorevoli Edwin Vassallo ġie kkritikat u attakkat minn Jamie Vella li hu l-President tal-FOIPN jew Forum Opportunitajiet indaqs. Ir-raġuni ta’ dan l-attakk ġejja mill-fatt li l-Onorevoli Vassallo hu Kattoliku waqt li Vella hu magħruf li hu Ateju. Sa hawn xejn ħażin kulhadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu.
Iżda Edwin Vassallo ġie akkużat li hu li l-omosesswali huma disumani meta fil-fatt hu qatt ma qal dan il-kliem. Vassallo tkellem dwar liġijiet disumani li hija xi ħaġa totalment differenti. B’hekk fl-ebda ħin ta’ din l-intervista Vassallo ma wera disrispett lejn xi ħadd. Ma għandhiex dubju li l-aktar ħaġa li jsib diffiċli Edwin Vassallo huwa li jitkellem b’disrispett lejn ħadd. Jekk wieħed jara l-intervista, jinduna li huwa kien qed juri disrispett lejn xi ħadd.
B’hekk dan kien attakk personali kontra Edwin Vassallo. Id-daħqa li f’din il-balbuljata kollha spiċċa daħal fiha Bernard Grech. Hu ta’ kumment lil TVM fuq Edwin Vassallo mingħajr ma qabel ra l-programm. Biss l-aqwa li daqq id-diska tal-ġurnalisti liberali u l-aġenda tagħhom. Dan l-attakk beda wara li Edwin Vassallo tkellem fuq il-programm John Busuttil. ta’ msejħa Ilwien. Minħabba dawn l-attakki, Edwin Vassallo ħalla dan il-kumment fuq il-Facebook page tiegħi.

Biss kien hemm persuna li għandu fake profile bl-isem ta’ Joseph Thuema. Dan ta’ bir-ruħu skandalizza ruħu għaliex jien ġibt dan il-post favur Edwin Vassallo. B’reazzjoni, John Spiteri Gingell kiteb dawn il-kumment u kummenti oħra b’difiża ta’ Edwin Vassallo.
“X‘ironija. Joseph Theuma jiskandalizza ruħu b’dagħwa (minkejja li ħafna fil-partit tiegħu vvotaw favur biex tiġi ddekriminilizzata l-blasfemija) imma mbagħad ma jara xejn ħażin li fil-partit tiegħu hemm dawk li qed jattakkaw lill-kattoliċi talli jesprimu pożizzjonijiet li ssibhom fil-katekeżi. Jekk id-dagħa dnub, sur Joseph Theuma, l-affarijiet li qed tiddefendu u li qed taħmu fis-satra biex taparsi intom progressivi huma ferm agħar – għax meqjusin bħala ħażen intrinsiku. Serraħ rasek fuq dan il-punt – it-twemmin kattoliku huwa ĊAR ĦAFNA – min jipproponihom u jimbotthom qed jissogra ruħu.
Iżda bniedem bħalek x’jinteressah mit-twemmin kattoliku? – issa sirtu bravi, moderni – lanqas tindunaw fl-arroganza taghkom li qed teqirdu lilkom infuskom. Almenu Edwin Vassallo huwa bniedem ta’ prinċipju u valuri – nies bħalek ‘moral vacuums’ li jinteressahom biss il-poter. Nies imsieken. U jgħid x’jgħid il-president tal-FOIPN (min jaħseb li hu anyhow?) jew organi oħra tal-partit u jaħsbu x’jaħsbu dawk il-kodardi li fadal fil-PN li lanqas biss għad għandhom il-kuraġġ li jsalvaw imqar ruħhom – nies bħal Edwin, u oħrajn bħalu li sa riċentament kienu fil-PN għax kienu għadhom jittamaw li għadu partit nisrani se jibqgħu jitkellmu u jgħidu dak li jaħsbu li hu sewwa – irrelevanti mill-pieni u attitudni dejjem aktar dittatorjali (f’isem l-imħabba dejjem) u irrelevanti x’jgħidu r-rappreżentanti ta’ partit li dejjem qed jirrappreżenta anqas nies, ċertament lilna l-insara, partit li dejjem qed isir aktar irrelevanti. Iżda kif għidt intom bravi ħafna, tal-first tier – tant, li se tkunu intom stess li tkunu l-aħħar li tindunaw xi ħsara għamiltu lill-partit, lill-pajjiż u l-isoċjetà Maltija bl-arroganza bażwija tagħkom.
Fuq kollox, imkien ma Edwin għajjar lil ħadd … jekk li jesprimi twemmin BAŻIKU kattoliku li miktub bl-ISWED FUQ L-ABJAD fil-katekeżi tal-Knisja Kattolika u li jemmen fih hu u ħafna mill-Maltin hu li tgħajjar lil xi ħadd allura vera tliftu l-boxxla… L-imħabba tirrikjedi lil bniedem tgħidlu x’inhu l-aħjar għalih (skont ir-revelazzjoni u t-tagħlim awtentiku) u mhux tħallih jogħdos fil-ħama. Il-Kristjanezmu huwa sejħa ghall-konverzjoni u mhux il-ġustifikazzjoni ta’ dak li jidhirlek int.
Pero hawn naf li qed nitlef il-bżieq għax huwa ċar li ħafna, il-maġġoranza lanqas biss jafu r-reliġjon tagħhom stess iżda iridu jippriedkaw lil ħaddiehor x’inhu! Għalhekk, meta Edwin Vassallo qed jgħid li l-liġijiet li jirregolaw iż-żwieg bejn kopji tal-istess sess huma diżumani qed jgħid li jmur kontra l-ġid komuni f’termini ta’ liġi naturali. Fi kliem jmur kontra t-‘teleology’ tal-umanità – imma din l-ispjegazzjoni tiegħi kollu ħela ta’ ħin, għax ħadd ma jindenja jifhem u jitgħallem xi ħaġa – aktar inqattgħu ħin niflu x’qalet Rosianne Cutajar u tal-Lovin Malta, u naraw xi programm bla sens fuq it-TV – milli nippruvaw nifhmu x’qed tgħid ir-reliġjon tagħna stess.