Kburi li tajt sehemi biex il-maduma tibqa’ l-arma tal-Partit Nazzjonalista

L-artikli li qed intella’ fuq dan is-site qed ikollhom effett. Wara li ppubblikajt li l-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech irid ineħħi l-maduma u ġibt il-provi ta’ dan, Bernard Grech ħareġ jgħid li dan mhux veru. Infakkar li l-maduma kienet tneħħiet mill-posts uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista wara li Bernard Grech sar mexxej tal-istess partit. Beda jistħi juriha bir-riklami li beda jagħmel tal-attivitajiet tiegħu stess. Dan wassal għal revolta mill-bażi tal-istess partit. Din ir-rivolta saret permezz tal-Facebook. Il-Malta Today spiċċat tikteb dwar dan il-fatt. Dak li nista’ ngħid li Bernard Grech spiċċa jemmen il-gideb tiegħu stess. Dan hu dak li jiġrilu meta mexxej jitħalla jitmexxa minn ħaddieħor u ma jmexxix huwa stess.

Dawk kollha li kienu qatgħu qalbu kontra din il-klikka li ħatfet lill-Partit Nazzjonalista qed jaraw li xorta jistgħu jiġbu l-bidla.

L-artiklu tal-Malta Today hu hawn taħt.

https://www.maltatoday.com.mt/news/national/107246/pn_chatter_on_facebook_has_critics_querying_maduma_emblem_whereabouts?fbclid=IwAR2CQow0wioGhqfD5-XWmMrSS9LosX78Z2CDDhsUlVwWaAsYE4UN8Ly3p0E#.YBEh6-hKhPY

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *