Kevin Wain jibgħat messaġġi għall-block vote ġewwa Tas-Sliema kontra Nazzjonalisti bil-barka tad-Dar Ċentrali

Il-messaġġ li qed jibgħatu ċertu nies ta’ Bernard Grech għal dawn l-elezzjoni tal-kumitat sezzjonali huwa wieħed diviżiv. Il-messaġġ huwa li t-tesserati għandhom jivvutaw biss lil dawk li kienu wara l-elezzjoni ta’ Bernard Grech. għall-kumitat sezzjonali ġewwa Tas-Sliema Wieħed minn dawk li qed imexxi din il-kampanja huwa Kevin Wain li llum u parti mit-tim ta’ Bernard Grech u jkun fid-Dar Ċentrali biex jiddiskuti l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalisti.

Infakkar lil Bernard Grech li n-nies tiegħu qed jitlobu lit-tesserati biex jivvutaw biss kandidati li kienu favur l-elezzjoni tiegħu bħala kap tal-Partit Nazzjonalista għall-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema.

Ser nagħti daqsxejn l-opinjoni tiegħi dwar dan. Dawn huwa posts diviżivi għall-aħħar u anki qed jagħmlu ħsara lill-kandidati oħra li kienu wara Bernard Grech, kif kellhom dritt li jkunu, u llum qed iħarsu ‘l quddiem. Illum xi wħud minn dawn il-kandidati ddaħħlu f’dan il-block vote, wisq probabbli mingħajr l-anqas biss talbu.

Jekk dawk risponsabbli mhux ser jieħdu azzjoni, ser isiru kompliċi għal dawn l-affarijiet li qed jiġru bħalissa fil-Partit Nazzjonalista. Wara dan il-posts hemm organizzazzjoni sħiħa li qed tkun immexxija mid-Dar Ċentrali, S’issa ma ġie miċħud xejn. Allura hemm min huwa kompliċi.

Jiena nħoss li meta membru tal-Partit Nazzjonalista jagħmel jew tagħmel paprati bħal dawn, il-Partit għandu jiddissassoċja ruħu mil-ewwel. Dawn qed jgħidu li nies li ssimpatizzaw ma’ Dr. Delia li m’għandhomx posthom fil-kumitat sessjonali ta’ Tas-Sliema.

Mela l-messaġġ hu wieħed skjett. Ġo Tas-Sliema titħaddan d-dittatura. Ġo Tas-Sliema rridu lil kulħadd bl-istess opinjoni. Dawk li ħadmu għal Dr Grech ġo Tas-Sliema qed jibgħatu messaġġ li s-Slimiżi jridu jkunu muti, truxi u għomja għax m’għandhomx dritt jesprimu l-opinjoni tagħhom, m’għandhomx dritt janalizzaw dak li jisimgħu u m’għandhomx dritt jaraw dak li jridu.

Fil-kumitat ta’ Tas-Sliema, Bernard Grech irid nies li joqgħodu hemm kwieti. Meta jgħajtilhom ‘his master’s voice’ iridu jobdu. Dik demokrazija. Dik unita’. Dik fraternita’. Dak rispett. Dik tolleranza. Dik ugwaljanza. Dik edukazzjoni. Dik parteċipazzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *