Bernard Grech qed jieħu għalih li l-media qed tgħid li huwa jieħu l-ordnijiet mingħand Louis Galea

Advertisements

Skont il-gazzetta Illum, Bernard Grech mar l-univerista’ biex jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Studenti Universitarji. F’din il-laqgħa huwa qalhom li mhux vera li r-reshuffle kellu l-inkwiet anzi kulħadd jinsab kuntent u ferħan. Il-gazzetta Illum fakkret li Grech għamel diskors simili fin-Nadur il-bieraħ il-Ħadd. Grech qed jagħmel dawn id-diskorsi għaliex qed jieħu għalih ħafna li l-media qed tgħid li huwa qed jsegwixxi l-ordnijiet ta’ Louis Galea.

Infakkar li jien kont kxift li Louis Galea kien qed juża lil Ray Bezzina, biex permezz tiegħu jwassal il-mod ta’ kif Louis Galea ried li jkun kompost is-shadow cabinet tal-Partit Nazzjonalista. Tant hu hekk li Bezzina kien qed ikun fil-laqgħat li Bernard Grech beda jkollu mad-deputati tiegħu dwar ir-reshuffle.

Fuq kollox Grech qal lill-Istudenti tal-Kunsill Universitarji li mhux vera li huwa mar lura minn xi deċizjoni li ħa rigward tad-deputati tiegħu. Dan il-kliem kompli jikkonferma li Bernard Grech qed jieħu għalih għaliex jien qed nikxef li huwa qiegħed biss isegwi l-ordnijiet ta’ Louis Galea xejn aktar.

Dan wassal biex il-gazzetta Illum tfakkar li Grech li l-ewwel kien neħħa lil Robert Arrigo mit-turiżmu u lil Stephen Spiteri mis-saħħa u mbagħad reġa’ qegħdhom. Illum qalet li dawn il-manuvri interni kixfithom il-Malta Today. Fil-verita’ jien bdejt nikteb qabel il-Malta Today fuq dawn il-manuvri interni. Qed issemmi dawn il-fatti għaliex l-editur tal-Malta Today, Matthew Vella, għajjarni b’Fakenews u conspiracy theories. Biss jidher li jien inxandar il-verita’ tant li l-Malta Today spiċċat ixxandar l-istess aħbarijiet li xandart jien.

Biss nerġgħu niġu għal Bernard Grech. Forsi fuq punt wieħed naqbel miegħu. Lill-istudenti tal-Universita’ qalhom li ma għamilx backtracking fil-każ tar-reshuffle. Veru. Sa ċertu punt għandu raġun għaliex it-tibdil u l-backtracking mhux hu għamilu imma Louis Galea. Imbagħad Louis Galea qabbad lil Ray Bezzina biex jsegwixxi l-ordnijiet tiegħu. Imbagħad Bernard Grech deher mad-deputati li bela’ kliemu

https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/61447/kuladd_kuntent_u_sodisfatt_bilkariga_mogtija_lilu_fixshadow_cabinet__grech?fbclid=IwAR0hgfSNbPhgmgLcLGy-g5pxI5gBNzYgXSu38zWvfvkr8btJEFNQ9SRn6PU#.YBAUZ-hKhPY