Alan Abela-Wadge ineħħi post ta’ Sandra Ann Buhagiar għaliex ma jdoqqx għall-widnejh

Sandra Ann Buhagiar tellgħet dan il-post fuq il-Facebook Page ta’ Alan Abela-Wadge. Abela-Wadge huwa wieħed minn dawk li qed imexxi block vote ġewwa tas-Sliema favur kandidati li huma mitqiesha ta’ Bernard Grech għall-elezzjoni tal-Kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ta’ din il-lokalita’. Din il-mara tellgħet dan il-post biex tfakkar lil Alan Abela-Wadge meta kienu ltaqgħu f’restuarant u Abela-Wadge qalilha biex issa kulħadd jingħaqad wara Adrian Delia. Dan huwa l-post tas-sinjura Buhagiar.

Dan il-post ma daqqx għall-widnejn Alan Abela-Wadge, tant li neħħieh minn fuq il-Facebook Page tiegħu. Fil-pront, is-sinjura Sandra Ann Buhagiar kitbet dan post fuq il-Facebook Page tagħha u qaltlu:

“Grazzi Alan Abela-Wadge talli neħħejt il-kumment tiegħi u barra minn hekk neħħejtli l-faċilita’ li nikkummenta wkoll. Ma ġara xejn mid-dehra l-verita’ weġġagħtek. Għall-benefiċċju ta’ kulħadd dan kien il-kumment tiegħi li jrid jgħatti.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *