Il-President tal-FOIPN jattakka lid-deputat Edwin Vassallo għaliex jesprimi ħsibijiet kattoliċi
Il-President tal-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista, Jamie Vella bagħat dan il-messaġġ kontra d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo. Jamie Vella kiteb dan il-messaġġ fuq il-Facebook page tiegħu u bagħtu anki bħala press release f’isem l-istess FOIPN. Dan hu dak li kiteb:
“As the forum whose main goal is to bring about diversity and inclusion, whilst standing up for those most vulnerable, FOIPN will categorically not tolerate nor accept any comments that either incite hate or degrade anyone’s humanity for simply being different than themselves. This has never and will never be accepted.
As President of FOIPN I unequivocally distance myself from the comments made by Edwin Vassallo in no unclear terms. They are flat out offensive and hurtful, and represent the sort of backwards thinking I’ve made it my mission help society strive beyond.
We as #FOIPN believe in #diversity in all senses of the word and that at times means also defending the #rights of those who we may not agree with, but rather acknowledge their humanity and their right to their own beliefs.
Having said that, we as the forum whose main goal is to bring about diversity and #inclusion, whilst standing up for those most vulnerable, will categorically not tolerate nor accept any comments that either incite hate or degrade anyone’s #humanity for simply being different than themselves. This has never and will never be accepted.
Let us never fall victim to #indifference but rather champion each other’s rights to be treated, equally and fairly by all, for what are we if not brothers and sisters?
Fi kliem ieħor, il-President tal-FOIPN, Jamie Vella, bla mistħija ta’ xejn, qed jgħajjar deputat parlamentari, li jirrapreżenta ħafna kostitwenti. Dan mhux talli qal dan il-kliem f’ismu imma daħħal miegħu lill-membri kollha tal-FOIPN li hija waħda mill-fergħat tal-istess Partit Nazzjonalista. Hawn nixtieq nistaqsi jekk il-membri tal-Forum kienux parti minn din id-deċiżjoni jew din kienet deċiżjoni unilaterali ta’ Jamie Vella?
Jiena nixtieq nisma’ lil membri ta’ din il-fergħa jekk jaqblux ma’ dan il-messaġġ u jekk Jamie Vella verament ħareġ din id-dikjarazzjoni f’isimhom? Fuq kollox, kull membru ta’ dan il-forum jaqbel ma’ dan l-attakk fuq Edwin Vassallo? U jekk le, lesti jiddistakkaw ruħhom minn dan il-kliem?
Waqt li s-Sur Vella għandu kull dritt għall-opinjoni tiegħu, hu ma jistgħax juża l-pożizzjoni tiegħu f’partit biex jattakka deputat u jdaħħal il-forum kollu miegħu, aktar u aktar jekk din qatt ma ġiet diskussa fil-forum. Fuq kollox mhux aċċettabli li dan is-sinjur jgħid deputat tal-Partit Nazzjonalista li qed jinċita l-mibgħeda jew jnaqqas mill-umanita’ u d-dinjita’ ta’ persuni oħra. Dan kollu għaliex jixtieq jgħix ħajtu skont il-bibbja. Dan x’diskors hu? Din qabżet kull limitu ta’ diċenza.
Mela flok niddibattu, naqsmu l-idejat, inġelldu l-argumenti wasalna fi stat li ngħajru lil ħutna Nazzjonalisti. Għal ġieħna Jamie Vella wieħed mill-paladini ta’ Bernard Grech, li l-media tal-isqfijiet ħadmet qatiegħ biex ikun il-kap tal-Partit Nazzjonalista.
Jidher li s-Sur Vella għadu ħalib ommu fi snienu. Jekk Dr Grech irid l-għaqda jrid jaċċetta d-diversita’ tal-ħsieb. B’nies bħal dan, president ta’ fergħa, kull ma qed jagħmel hu li jibgħat messaġġ li mhux kulħadd illum, taħt Bernard Grech, huwa aċċettat fi ħdan il-Partit.
Dak li hu ta’ interess huwa li din il-press release intbagħtet lill-gazzetti Times of Malta, MaltaToday, Newsbook.com.mt, The Malta Independent, Malta Daily, NET News, Lovin Malta u Strada Rjali. Imbagħad nitbagħtet lil erba’ ġurnalisti partikolari, Christian Peregin, Tim Diacono, Monique Agius u Reno Bugeja. Waqt li nifhem li tkun mibgħuta lil Reno Bugeja għaliex hu ġurnalist indipendenti, ma nifhimx li tkun mibgħutha separatament lil żewġ ġurnalisti tal-Lovin Malta, meta din ġa nitbagħtet lil dan l-istess ġurnal. Fuq kollox din intbagħet lil Monique Agius meta din hija ġurnalista mal-medja tal-isqfijiet. Dan huwa indikazzjoni ċara tal-alleanzi politiċi li dawk li huma kontra l-ħsieb kattoliku fil-Partit Nazzjonalista għamlu u dawn għandhom is-support tal-media tal-isqfijiet.